Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għandu r-responsabbiltà ġenerali li jħejji l-proċedimenti u li jimplimenta d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-korpi statutorji: l-Assemblea Plenarja, il-Bureau, il-Konferenza tal-Presidenti u l-President innifsu.
Bħala kap tas-segretarjat, huwa jissorvelja l-appoġġ lill-membri bħala rappreżentanti ta’ aktar minn miljun politiku elett fil-livell lokali u reġjonali madwar l-UE.
Is-Segretarju Ġenerali jappoġġja wkoll lill-President biex jirrappreżenta l-interessi tal-KtR fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħrajn tal-UE, kif ukoll billi jimmaniġġja l-operazzjonijiet ta’ kuljum tal-amministrazzjoni, tas-servizzi għall-membri, tal-ħidma politika, tal-baġit u tal-komunikazzjoni.