Dwar
Is-segretarjat tal-ECON huwa responsabbli wkoll għall-iskema ta’ premjijiet tar-Reġjuni Intraprenditorjali Ewropej (EER), li tippremja r-reġjuni tal-UE bl-aktar viżjoni kredibbli, li tħares ’il quddiem u promettenti u bi strateġija ta’ politika intraprenditorjali innovattiva.
Il-Kummissjoni ECON hija responsabbli għan-Network ta’ Ċentri Reġjonali għar-Reviżjoni tal-Implimentazzjoni tal-Politika tal-UE (RegHub). In-network RegHub huwa pjattaforma li tinvolvi lill-atturi lokali u reġjonali f’konsultazzjonijiet u tiġbor l-esperjenzi tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE.
L-ECON tamministra l-Pjattaforma tal-Broadband, li hija inizjattiva konġunta bejn il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u l-Kummissjoni Ewropea bil-għan li l-broadband b’veloċità għolja jilħaq ir-reġjuni Ewropej kollha.
Il-Kummissjoni ECON taqdi wkoll rwol ta’ tmexxija u koordinazzjoni fir-relazzjonijiet bejn il-KtR u l-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), li jkopri firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet u oqsma ta’ politika.
L-analiżijiet u l-konsultazzjonijiet ewlenin imwettqa mill-Pjattaforma għall-Monitoraġġ tal-Ewropa 2020 u s-Semestru Ewropew huma disponibbli fil-paġna tal-arkivji tagħna.