L-għanijiet tagħna
Il-koeżjoni, il-valur fundamentali tagħna hija waħda mit-tliet inizjattivi ewlenin tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), flimkien mal-kampanji dwar Il-Futur tal-Ewropa u l- Patt Ekoloġiku .
Il-#CohesionAlliance, imnedija fl-2017 mill-KtR u l-assoċjazzjonijiet territorjali Ewropej ewlenin (AER, AEBR, CALRE, CEMR, CPMR, u EUROCITIES), hija l-mezz ewlieni u l-aktar b’saħħtu li permezz tiegħu l-Kumitat jixtieq:
- juri li l-koeżjoni mhijiex (biss) flus, iżda valur fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
- jippromovi l-fehma li l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali titrawwem u tiġi rispettata fil-politiki kollha tal-UE;
- jippromovi l-involviment tar-reġjuni u l-bliet fit-tfassil u t-twettiq ta’ pjani nazzjonali ta’ rkupru;
- jippromovi l-integrazzjoni fuq il-post tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni u l-istrumenti l-oħra kollha ta’ rkupru u finanzjament tal-UE;
- irawwem il-kooperazzjoni urbana-rurali u l-irkupru taż-żoni rurali.