“Echoes of EuroPCom” hija sensiela ta’ podcasts b’sitt episodji li żżomm il-konverżazzjoni għaddejja wara l-konferenza annwali tal-EuroPCom, u b’hekk l-ispirtu ta’ din il-konferenza jinżamm ħaj matul is-sena kollha permezz ta’ perspettivi ġodda, firxa diversa ta’ kelliema, u dibattitu li jħares ’il quddiem.
L-ewwel staġun jesplora tliet temi ewlenin intiżi biex isawru l-komunikazzjoni pubblika fil-futur – l-Intelliġenza Artifiċjali, il-Media Soċjali u d-Demokrazija – u li huma relatati mat-tliet punti gwida tal-edizzjoni tal-2026: in-nies, il-postijiet u ż-żminijiet.
Kull episodju jlaqqa’ flimkien perspettivi mill-UE kif ukoll minn barra l-UE, biex iqanqal djalogu interdixxiplinari u jisfida l-ħsieb konvenzjonali.
Imfassla għall-ispeċjalisti fil-qasam tal-komunikazzjoni pubblika li jixtiequ jiżviluppaw il-kurżità, l-ispirtu kritiku u l-konnessjonijiet tagħhom, Echoes of EuroPCom tippermetti li l-ideat jibqgħu jidwu ħafna wara li tintemm il-konferenza.