L-għan tan-Network huwa li
- jgħin lill-KtR jikkomunika mal-kunsilli lokali u reġjonali u mal-miljun politiku lokali u reġjonali fir-reġjuni kollha tal-UE;
- jgħin biex jippromovi l-inizjattivi politiċi tal-KtR;
- jikkomunika dwar il-politiki tal-Unjoni Ewropea li huma rilevanti fil-livell lokali u reġjonali;
- jikkondividi l-esperjenza u l-għarfien tiegħek ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE permezz tan-networks u l-attivitajiet tal-KtR;
- jappoġġjak biex tqarreb l-Ewropa lejn iċ-ċittadini tagħna.
X’noffru
- stediniet għal avvenimenti, sessjonijiet ta’ informazzjoni tematiċi online u dibattiti politiċi ta’ livell għoli;
- tgħarrif dwar l-iżviluppi reċenti dwar il-politiki tal-UE rilevanti għal-livell lokali u reġjonali;
- badge personalizzata biex taċċessa jew tuża l-bini tal-KtR fi Brussell;
- bullettin personalizzat tal-KtR u app ġdida online għall-membri;
- appoġġ għall-inizjattivi lokali u reġjonali tiegħek (pereżempju, djalogi maċ-ċittadini).
Kif tista’ tikkontribwixxi
- għinna nippromovu l-inizjattivi u l-proposti politiċi tal-KtR u l-informazzjoni ġenerali dwar l-UE lil udjenza usa’;
- involvi ruħek f’avvenimenti lokali dwar l-affarijiet tal-UE organizzati fir-reġjun jew il-belt tiegħek;
- ipproponi ideat jew inizjattivi ġodda.