Sejħiet għall-offerti

​​​​​​​​​​​​​Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni juża proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti u proċessi oħra biex iwettaq ħidmitu. Ikkonsulta din il-paġna biex tkun taf aktar u ssib l-informazzjoni rilevanti kollha.

F’din il-paġna

Sejħiet għall-offerti wara li jiġi ppubblikat avviż ta’ kuntratt

Kif tapplika? 

Għal sejħiet għall-offerti wara li jiġi pubblikat avviż ta’ kuntratt, jekk jogħġbok aqra bir-reqqa u segwi l-istruzzjonijiet inklużi fl-avviż tal-kuntratt u fid-dokumenti tal-akkwist.

Kuntratti ta’ valur baxx u medju

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) jaġġudika żewġ tipi ewlenin ta’ kuntratti:

  • Kuntratti ta’ valur baxx (valur li ma jaqbiżx EUR 60 000), li għalihom il-KtR irid jistieden minimu ta’ tliet kandidati, u
  • Kuntratti ta’ valur medju (valur ta’ bejn EUR 60 000 u EUR 143 000) li għalihom għandhom jiġu mistiedna minimu ta’ ħames kandidati.

Barra minn hekk, regolarment jiġu ppubblikati proċeduri ta’ akkwist innegozjat għal kuntratti ta’ valur medju u baxx.

Kif tapplika għal kuntratti ta’ valur baxx u medju

Biex tapplika, jekk jogħġbok ibagħtilna email li tinkludi l-informazzjoni li ġejja: suġġett tal-offerta, l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kumpanija tiegħek. 

Jekk jogħġbok ibgħat l-applikazzjoni tiegħek lil

  • procurement-pgfc@cor.europa.eu jekk il-proċedura ta’ valur baxx u medju titnieda mid-Direttorat għal-Loġistika, id-Direttorat għat-Traduzzjoni u d-Direttorat għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni
  • COR-Marches-Publics@cor.europa.eu jekk il-proċeduri ta’ valur baxx u medju titnieda mid-Direttorati l-oħra

Kuntratti aġġudikati

Skont l-Artikolu 166 tar-Regolament Finanzjarju u l-punt 3 tal-Anness I tal-istess Regolament, il-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) għandu l-obbligu li kull sena jippubblika lista ta’ kuntratturi. Is-suġġett u l-valur tal-kuntratt aġġudikat għandhom jiġu speċifikati għall-kuntratti ta’ valur ogħla minn EUR 15 000. Barra minn hekk, għandha tiġi ppubblikata lista ta’ kuntratti speċifiċi, ibbażata fuq kuntratti qafas iffirmati fis-sena preċedenti tal-pubblikazzjoni.

Kuntratti ffirmati fl-2024 mill-KtR: 

            • Lista ta’ kuntratti b’valur ogħla minn EUR 15 000 iffirmati mill-KtR fl-2024 

            • Lista ta’ kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratt qafas iffirmati mill-KtR fl-2024

Kuntratti ffirmati fl-2023 mill-KtR: 

            • Lista ta’ kuntratti b’valur ogħla minn EUR 15 000 iffirmati mill-KtR fl-2023

            • Lista ta’ kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratt qafas iffirmati mill-KtR fl-2023

Kuntratti ffirmati fl-2022 mill-KtR:

            • Lista ta’ kuntratti b’valur ogħla minn EUR 15 000 iffirmati mill-KtR fl-2022

            • Lista ta’ kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratt qafas iffirmati mill-KtR fl-2022

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni f’dan is-sit għandha titqies ta’ natura informali u ma tissostitwixxix il-pubblikazzjoni uffiċjali fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dokumenti