Identità viżiva

F’din il-paġna

L-immaġni ewlenija tal-logo tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tissimbolizza l-komunikazzjoni miftuħa permezz tax-xbiha tal-mewġ akustiku. Il-logo jesprimi sens ta’ moviment u ta’ informazzjoni li tintbagħat u tiġi riċevuta. Il-mewġa tirrappreżenta djalogu, id-diversi ilħna tal-bliet u r-reġjuni li l-opinjonijiet differenti tagħhom jikkonverġu f’punt partikolari tul il-kurrent, rappreżentat mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, u mbagħad jerġgħu lura fil-bliet u r-reġjuni biex iwasslu l-messaġġi tal-Unjoni Ewropea lill-komunitajiet lokali.

Tista’ tniżżel l-24 verżjoni lingwistika kollha tal-logo f’diversi formati li jistgħu jintużaw għal firxa wiesgħa ta’ media. L-użu tal-logo u l-applikazzjoni tal-identità viżiva korrispondenti huma deskritti fid-dettall fil-linji gwida tal-KtR dwar l-identità viżiva.

Dokumenti