Avvenimenti ewlenin

F’din il-paġna

L-avvenimenti ewlenin tal-KtR jiffukaw fuq inizjattivi diversi, li jħarsu ’l quddiem u li jixprunaw l-innovazzjoni fil-komunikazzjoni permezz ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali dinamika. Kull avveniment ilaqqa’ atturi Ewropej u globali mal-mexxejja reġjonali u lokali kif ukoll maċ-ċittadini. L-għan huwa li jiġi kondiviż l-għarfien u jiġu promossi soluzzjonijiet mill-aktar avvanzati li għandhom il-potenzjal li jsawru l-futur tal-Ewropa. Dawn l-avvenimenti, li huma xempju tal-progress, jiżguraw parteċipazzjoni wiesgħa u jippromovu l-involviment taċ-ċittadini fl-UE kollha.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) jista’ jospita avvenimenti (konferenzi, seminars, sessjonijiet parteċipattivi, eċċ.) u wirjiet organizzati minn varjetà ta’ korpi, bħal rappreżentanzi reġjonali, istituzzjonijiet tal-UE, assoċjazzjonijiet reġjonali, fondazzjonijiet u istituzzjonijiet akkademiċi. Sir af kif tista’ tospita l-avveniment tiegħek fil-KtR.