Żjarat
Il-preżentazzjoni, li ssir minn uffiċjal tal-KtR, ġeneralment iddum siegħa u tinkludi introduzzjoni ġenerali dwar il-Kumitat. Iż-żjarat huma organizzati bejn id-9.30 a.m. u l-4.30 p.m. mit-Tnejn sal-Ħamis, u sas-2.30 p.m. nhar ta’ Ġimgħa.
It-talbiet għandhom jintbagħtu lis-Servizz tal-Viżitaturi xahrejn minn qabel u għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
- in-numru ta’ parteċipanti
- it-tip ta’ grupp
- il-lingwi mitkellma
- l-età tal-parteċipanti
- id-dettalji ta’ kuntatt tal-mexxej tal-grupp (isem, indirizz, numru tat-telefown, numru tal-faks u indirizz elettroniku).
Jekk jogħġbok uża l-kwestjonarju previst għat-talba tiegħek.
Infakkruk li:
- grupp irid ikollu mill-inqas 15-il parteċipant;
- il-parteċipanti għandu jkollhom mill-inqas 14-il sena;
- iż-żjarat virtwali huma possibbli.
Żur l-istituzzjonijiet Ewropej
Apparti ż-żjarat privati, tista’ wkoll iżżur id-diversi istituzzjonijiet Ewropej, inkluż il-Kumitat tar-Reġjuni, darba fis-sena matul Jum l-Ewropa.