Reġjun Intraprenditorjali Ewropew (EER)
Ir-Reġjun Intraprenditorjali Ewropew (EER) huwa proġett li jidentifika u jippremja lir-reġjuni u l-bliet tal-UE li għandhom strateġija ta’ politika intraprenditorjali mill-aqwa u innovattiva, irrispettivament mid-daqs, il-ġid jew il-kompetenzi tagħhom. Ir-reġjuni u l-bliet bl-iżjed pjan ta’ viżjoni kredibbli, promettenti u li jħares ’il quddiem jingħataw it-tikketta “Reġjun Intraprenditorjali Ewropew” (EER) għal sena speċifika.
F’din il-paġna
Rebbieħa
Dwar il-premju
It-tikketta tal-EER ġiet stabbilita fi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea u hija appoġġjata minn partijiet interessati fil-livell tal-UE, bħal SME United, Eurochambres, Social Economy Europe u EURADA. Hija miftuħa għal kwalunkwe organizzazzjoni li hija lesta li tikkontribwixxi għall-għanijiet tagħha.
Kif tapplika
Eliġibbiltà
- Jistgħu japplikaw it-territorji tal-Istati Membri kollha tal-UE, inklużi l-komunitajiet, il-bliet u t-territorji transfruntiera b’personalità ġuridika bħar-REKT u l-Ewroreġjuni;
- Li għandhom kompetenzi fil-livell politiku (mhux neċessarjament leġiżlattivi);
- Li kapaċi jimplimentaw viżjoni intraprenditorjali globali.
- Id-daqs, il-ġid jew il-kompetenzi speċifiċi tagħhom mhumiex ikkunsidrati.
- Jistgħu japplikaw territorji li diġà kisbu riżultati tajbin u dawk li jimpenjaw ruħhom biex jimplimentaw il-bidliet meħtieġa.
Ir-reġjuni transfruntiera b’mod partikolari huma mħeġġa japplikaw.
Dokumenti meħtieġa
- Formola ta’ applikazzjoni, li tinkludi:
- Skeda informattiva dwar it-territorju li qed japplika;
- Deskrizzjoni ġenerali tal-viżjoni politika tar-reġjun;
- Deskrizzjoni tal-mekkaniżmu ta’ governanza previst biex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti tal-azzjonijiet tal-EER;
- Pjan ta’ azzjoni;
- Pjan ta’ komunikazzjoni;
- Dikjarazzjoni ta’ impenn politiku li turi li l-istrateġija tal-EER tat-territorju hija approvata mit-tmexxija politika tiegħu (eż. l-assemblea reġjonali, il-gvern reġjonali jew korpi politiċi awtorizzati oħrajn).
Ġurija tal-EER
Il-ġurija hija magħmula minn tnax-il membru (esperti fil-qasam u politiċi) li jirrappreżentaw il-korpi u l-organizzazzjonijiet li ġejjin: