Il-koeżjoni, il-valur fundamentali tagħna

Waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għall-2020 sal-2025 hija li jintwera li l-koeżjoni mhijiex (biss) flus, iżda valur fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Permezz tal-attivitajiet tiegħu stess u permezz ta’ dawk imwettqa flimkien mal-#CohesionAlliance, il-Kumitat huwa impenjat li jippromovi l-fehma li l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali titrawwem u tiġi rispettata fil-politiki kollha tal-UE.

FatCamera - Getty Images

F’din il-paġna

Inizjattivi

L-għanijiet tagħna

Il-koeżjoni, il-valur fundamentali tagħna, hija waħda mit-tlietinizjattivi ewlenin tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), flimkienmal-kampanji dwar Kapitolu ġdid għad-demokrazija tal-UE u l-Patt Ekoloġiku.
 

Il-#CohesionAlliance, imnedija fl-2017 mill-KtR u l-assoċjazzjonijiet territorjali Ewropej ewlenin (AER, AEBR, CALRE, CEMR, CPMR, u EUROCITIES), hija l-mezz ewlieni u l-aktar b’saħħtu li permezz tiegħu l-Kumitat jixtieq:

  • juri li l-koeżjoni mhijiex (biss) flus, iżda valur fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
  • jippromovi l-fehma li l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali titrawwem u tiġi rispettata fil-politiki kollha tal-UE;
  • jippromovi l-involviment tar-reġjuni u l-bliet fit-tfassil u t-twettiq ta’ pjani nazzjonali ta’ rkupru;
  • jippromovi l-integrazzjoni fuq il-post tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni u l-istrumenti l-oħra kollha ta’ rkupru u finanzjament tal-UE;
  • irawwem il-kooperazzjoni urbana-rurali u l-irkupru taż-żoni rurali.

 

Multimedia

Watch more videos about the European Union's cohesion policy on YouTube: EU is Cohesion, Regions & Cities in action, European Week of Regions and Cities

Opinjonijiet 

Pubblikazzjonijiet 

Dokumenti