Poland
Piotr CAŁBECKI
Membru
Councillor of the Kujawsko-Pomorskie Voivodeship
Ir-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet u r-reġjuni Ewropej ingħaqdu flimkien fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) fis-17 ta’ Novembru għal djalogu ta’ livell għoli dwar il-futur tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), organizzat b’mod konġunt mal-Koalizzjoni tal-AgriReġjuni Ewropej. Id-diskussjonijiet iffukaw fuq ir-rwol tar-reġjuni fil-PAK li jmiss u fuq kif il-politiki agrikoli tal-UE jistgħu jappoġġaw settur agrikolu sostenibbli.
Id-diskussjonijiet saru hekk kif in-negozjati dwar il-PAK ta’ wara l-2027 u l-baġit fit-tul (QFP) li jmiss tal-UE jidħlu f’fażi deċiżiva. Il-KtR enfasizza li l-PAK għandha tibqa’ politika Ewropea ġenwinament komuni, filwaqt li tiġi rikonoxxuta d-diversità tat-territorji u s-sistemi agrikoli tal-Ewropa. Flessibbiltà akbar għall-Istati Membri ma tridx twassal għar-rinazzjonalizzazzjoni jew il-frammentazzjoni tal-PAK. Minflok, ir-reġjuni għandhom ikunu involuti formalment fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika.
Il-KtR laqa’ l-progress li sar fin-negozjati tal-Kunsill dwar il-bdiewa attivi, l-appoġġ ridistributtiv għall-introjtu u r-rikonoxximent ta’ ċirkostanzi territorjali differenti filwaqt li jiddispjaċih dwar id-dgħufija sostanzjali tal-mekkaniżmi ta’ digressività u ta’ limitu massimu, li timmina l-potenzjal ridistributtiv tar-riforma. Huwa appella biex il-finanzjament tal-PAK jitqassam b’mod aktar ġust u mmirat lejn dawk li l-aktar għandhom bżonnu, b’mod partikolari l-bdiewa attivi, il-bdiewa żgħażagħ, l-azjendi agrikoli tal-familja żgħar u ta’ daqs medju u l-bdiewa li joperaw f’żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali. Ir-reġjuni jappoġġaw ukoll pagament ridistributtiv obbligatorju fuq l-ewwel ettari, u definizzjoni sinifikanti ta' bidwi attiv - kif propost f'rapport minn Norbert Lins (DE/PPE), membru tal-- tal-Parlament Ewropew biex jiġi żgurat li l-appoġġ Ewropew ikun ta' benefiċċju primarjament għal dawk ġenwinament involuti f'attività agrikola.
Finanzjament Ewropew adegwat u prevedibbli kien kwistjoni ċentrali oħra fid-diskussjonijiet. F’kuntest ta’ żieda fir-riskji klimatiċi, il-volatilità tas-suq u l-inċertezza ġeopolitika, il-KtR wissa kontra t-tnaqqis tar-riżerva proposta għall-kriżijiet agrikoli u l-finanzjament agrikolu taħt il-Fond Ewropew għall-Kompetittività. Hija qajmet ukoll tħassib dwar ir-rekwiżiti nazzjonali ta’ kofinanzjament għall-miżuri agroambjentali u klimatiċi, filwaqt li enfasizzat li l-ambizzjoni ambjentali ma għandhiex tiddependi fuq il-kapaċità finanzjarja tal-Istati Membri jew tar-reġjuni individwali.
Kwotazzjonijiet:
Fil-ftuħ tal-konferenza, Piotr Całbecki (PL/PPE), President tar-Reġjun ta’ Kujawsko-Pomorskie u President tal-Kummissjoni tal-KtR għar-Riżorsi Naturali (NAT), qal: “L-objettiv tagħna huwa ċar: PAK li tibqa’ ġenwinament Ewropea, li tqassam l-appoġġ b’mod aktar ġust u ssaħħaħ il-bdiewa attivi, li tippromovi r-reżiljenza, il-kompetittività u s-sostenibbiltà agrikoli u fuq kollox, li tirrikonoxxi d-diversità territorjali tal-Ewropa bħala saħħa, aktar milli restrizzjoni.”
Arnaud Lécuyer, koordinatur tal-Koalizzjoni tal-AgriReġjuni Ewropej: “F’dan l-istadju kritiku, ir-reġjuni Ewropej jibqgħu impenjati li jiddefendu l-baġit u n-natura kollettiva tal-Politika Agrikola Komuni għall-perjodu 2028-2034. Ir-reġjuni jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jappoġġaw lill-bdiewa permezz ta’ dawn it-tranżizzjonijiet, filwaqt li jiżguraw ir-reżiljenza tagħhom u l-iżvilupp taż-żoni rurali. Ir-reġjuni diġà huma involuti b’mod attiv fit-tħejjijiet għall-PAK li jmiss u qed iserrħu fuq il-Kunsill u l-Parlament biex jilħqu ftehim malajr.”
Sfond:
Persuna ta' kuntatt:
Hélène Dressen
Tel: +32471502795
Helene.dressen@cor.europa.eu
Poland
Membru
Councillor of the Kujawsko-Pomorskie Voivodeship
Malta
Membru
President of the Eastern Region
Italy
Sostitut/a
Regional Councillor, Regional Council of Lombardy