Il-KtR jinsab f’solidarjetà mal-Ukrajna

​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​L-azzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni b’appoġġ għall-Ukrajna hija multidimensjonali, u tvarja minn sensibilizazzjoni politika, skambju ta’ għarfien espert u faċilitazzjoni tar-rappreżentanza fi Brussell tal-bliet u r-reġjuni Ukreni u l-assoċjazzjonijiet tagħhom. ​​

© Dovapi - Getty Images

F’din il-paġna

Alleanza Ewropea tal-Bliet u r-Reġjuni għar-Rikostruzzjoni tal-Ukrajna

Il-KtR nieda din l-Alleanza f’Ġunju 2022 flimkien mal-assoċjazzjonijiet imsieħba tal-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-UE u mill-Ukrajna, biex jiġu appoġġjati l-irkupru u r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna.

Il-KtR jospita s-segretarjat tal-Alleanza u jorganizza avvenimenti, sessjonijiet ta’ ħidma u konferenzi f’isimha. L-enfasi politika ewlenija hija l-parteċipazzjoni annwali tal-Alleanza fil-Konferenzi internazzjonali dwar l-Irkupru tal-Ukrajna, li matulhom jitressqu rakkomandazzjonijiet konġunti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE u tal-Ukrajna.

Aqra aktar dwar l-Alleanza

Kumitat Konsultattiv Konġunt KtR-Ukrajna

Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt KtR-Ukrajna huwa korp bilaterali magħmul minn membri tal-KtR u awtoritajiet lokali u reġjonali Ukreni, u għandu l-għan li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukrajna. B’mod parallel għall-azzjonijiet ta’ appoġġ tal-KtR u fid-dawl tad-deċiżjonijiet importanti meħuda mill-UE fir-rigward tal-futur Ewropew tal-Ukrajna, il-Kumitat Konsultattiv Konġunt huwa l-korp politiku li jrawwem id-djalogu bejn ir-rappreżentanti lokali u reġjonali tal-UE u tal-Ukrajna u jimmonitorja l-iżviluppi fl-Ukrajna b’attenzjoni partikolari għar-riforma favur id-deċentralizzazzjoni, il-bini tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u l-allinjament mal-acquis tal-UE dwar il-politika reġjonali.

Aqra aktar dwar il-Kumitat Konsultattiv Konġunt. 

Pakkett ta’ appoġġ ta’ 10 punti

Il-KtR jaġġorna regolarment għadd ta’ miżuri ta’ appoġġ imfassla apposta għall-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Ukrajna, kemm fil-kuntest tar-rikostruzzjoni kif ukoll tal-adeżjoni tal-Ukrajna mal-UE. Dawn il-miżuri jinkludu impenn biex tissaħħaħ id-dimensjoni lokali u reġjonali tal-Konferenza dwar l-Irkupru tal-Ukrajna u biex jitnieda Kumitat Konsultattiv Konġunt bejn il-KtR u l-Ukrajna. L-għan tal-KtR huwa wkoll li jżid is-sensibilizzazzjoni fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-dawl tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-UE li jmiss, jimmultiplika s-sħubijiet fil-livell tal-bliet u r-reġjuni, jagħti spinta lill-kooperazzjoni transfruntiera, u jinvolvi ruħu ma’ firxa usa’ ta’ partijiet ikkonċernati, bħall-komunità tan-negozju. Għal aktar informazzjoni u għall-aħħar verżjoni tal-pakkett ta’ appoġġ, ara hawn taħt.

Aqra aktar dwar il-pakkett ta’ appoġġ

Kampijiet tas-sajf għat-tfal Ukreni

B’riżultat tal-isforzi konġunti tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, tal-membri tiegħu u tal-Assoċjazzjoni tal-Bliet Ukreni, it-tfal Ukreni għandhom l-opportunità li jqattgħu l-vaganzi għall-kwiet fi bliet u reġjuni fl-Ewropa kollha.

Aqra aktar dwar il-Kampijiet tas-sajf

Programm ta’ Appoġġ għal Taħriġ u Internship għall-Muniċipalitajiet Ukreni (TIPS4UA)

Il-Programm TIPS4UA, implimentat mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) f’kooperazzjoni ma’ U-LEAD with Europe, huwa mfassal biex jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali Ukreni. 

Aqra aktar dwar il-Programm ta’ Appoġġ għal Taħriġ u Internship

Multimedia

Ara aktar filmati fuq il-kanal Youtube u l-pjattaforma tal-istreaming tagħna. 

Dokumenti