Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fid-dominju: www.cor.europa.eu.
Ma tapplikax għal kontenut jew siti oħrajn ippubblikati fis-subdominji tiegħu. Dawn is-siti u l-kontenut tagħhom se jkollhom id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà speċifika tagħhom stess.
Dan is-sit huwa ġestit mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u tfassal biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi persuni b’diżabbiltà.
Għandek tkun tista’:
- tkabbar il-kontenut sa 400 % mingħajr problemi;
- tinnaviga s-sit billi tuża tastiera biss;
- tinnaviga s-sit billi tuża qarrej tal-iskrin modern u software għar-rikonoxximent tad-diskors (fuq il-kompjuter jew it-telefown tiegħek).
Status ta’ konformità
Dan is-sit ma jikkonformax mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u l-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà għall-Kontenut tal-Web 2.1 Livell AA. Ara t-taqsima “Kontenut mhux aċċessibbli” għal aktar dettalji.
Is-sit ġie ttestjat l-aħħar fit-22 ta’ Awwissu 2024.
Din id-dikjarazzjoni ġiet riveduta fil-25 ta’ Marzu 2026.
Biex titħejja din id-dikjarazzjoni ntużat il-Metodoloġija tal-Evalwazzjoni tal-Linji Gwida għall-Aċċessibilità għall-Kontenut tal-Web flimkien mat-teknoloġija assistiva VoiceOver u TalkBack.
Feedback
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit tal-Kumitat tar-Reġjuni. Jekk jogħġbok għarrafna jekk tiltaqa’ ma’ ostakli għall-aċċessibbiltà:
- Tel: +32 2 282 22 11
- Formola ta’ kuntatt: Ikkuntattjana
Nagħmlu mill-aħjar biex inwieġbu għall-feedback fi żmien 15-il jum ta’ xogħol minn meta tasal il-mistoqsija fid-dipartiment responsabbli.
Kompatibbiltà ma’ brawżers u teknoloġija assistiva
Is-sit tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni huwa mfassal b’mod li jkun kompatibbli mal-aktar teknoloġiji assistivi użati li ġejjin:
- l-aħħar verżjoni tal-brawżers Google Chrome, Mozilla Firefox u Apple Safari;
- flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ VoiceOver u TalkBack.
Speċifikazzjonijiet tekniċi
L-aċċessibbiltà tas-sit tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tiddependi mit-teknoloġiji li ġejjin biex taħdem permezz ta’ taħlita ta’ brawżer tal-internet u kwalunkwe teknoloġija assistiva jew plugin installati fuq il-kompjuter tiegħek:
- HTML
- WAI-ARIA
- CSS
- JavaScript
Kontenut mhux aċċessibbli
Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, nafu li jeżistu ċerti limitazzjonijiet u qed naħdmu biex insolvuhom. Hawn taħt issib deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufa. Jekk tinnota problema li mhix imniżżla hawn, jekk jogħġbok ikkuntattjana. Limitazzjonijiet magħrufa fis-sit tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni:
- Ċerti stampi informattivi m’għandhomx test alternattiv deskrittiv li jagħti t-tifsira u l-kuntest ta’ elementi viżivi f’ambjent diġitali. Barra minn hekk, ċerti ikoni dekorattivi huma implimentati b’mod li jistgħu jiġu injorati mit-teknoloġija assistiva.
- Ċerti taqsimiet mhumiex ordnati b’mod loġiku u ġerarkiku u mhumiex immarkati bħala titoli.
- Il-kontenut mhuwiex dejjem ordnat b’mod li jirrifletti t-tifsira tiegħu.
- Il-kuntrast bejn il-kulur tat-test u l-kulur tal-isfond mhux dejjem ikun biżżejjed.
- Mhux il-paġni kollha huma strutturati b’intestaturi adatti.
- Xi kultant ikun hemm mod wieħed biss disponibbli biex tinstab paġna minn fost sett ta’ paġni.
- L-elementi li jinkorporaw teknoloġija assistiva mhumiex dejjem indikati b’mod ċar.
- Ċerti elementi li jiġu ffukati ma jibqgħux viżibbli.
- L-iframes m’għandhomx isem proprju biex jidentifikaw l-elementi.
- Il-kontenut inkorporat bħall-iframes m’għandux verżjonijiet aċċessibbli alternattivi.