Avviż legali

F’din il-paġna

Politika lingwistika

Lingwi uffiċjali tal-UE

Il-Bulgaru, il-Kroat, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol u l-Iżvediż.  

Il-lingwi li bihom jiġu ppubblikati t-tipi differenti ta’ informazzjoni fis-sit tal-Kumitat tar-Reġjuni

  • L-istruttura tan-navigazzjoni tas-sit hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali tal-UE.
  • L-informazzjoni ġenerali hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali tal-UE meta, u hekk kif, tiġi tradotta.
  • Id-dokumenti uffiċjali, id-dokumenti ta’ importanza politika, id-dokumenti u l-informazzjoni dwar is-sessjonijiet plenarji jiġu ppubblikati bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE
  • Informazzjoni li tkun urġenti jew li jkollha ċiklu ta’ ħajja qasir (aħbarijiet, avvenimenti, eċċ.) ma tiġix ippubblikata bil-lingwi kollha. L-għażla tal-lingwa(i) tiddependi mill-udjenza fil-mira tal-informazzjoni.
  • Informazzjoni speċjalizzata (informazzjoni teknika, ħidma li għadha għaddejja, sejħiet għall-offerti) tiġi prinċipalment ippubblikata bl-Ingliż
  • Informazzjoni mmirata fil-livell nazzjonali u reġjonali (L-Ewropa fir-reġjun tiegħi) tiġi ppubblikata bil-lingwa tal-pajjiż. 
  • Il-formoli ta’ kuntatt u t-tweġibiet għall-messaġġi tiegħek jistgħu jintbagħtu bi kwalunke lingwa uffiċjali tal-UE u t-tweġibiet jingħataw bl-istess lingwa fejn possibbli. Biex tiġi żgurata tweġiba fil-pront, tintalab tagħżel lingwa alternattiva preferuta (Ingliż, Franċiż jew Ġermaniż) 

Sorpriż/a li ċerta informazzjoni mhijiex disponibbli bil-lingwa tiegħek? 

Il-viżitaturi tas-sit xi kultant ikunu sorpriżi li paġna mhijiex disponibbli bil-lingwa tagħhom. Ġeneralment, il-lingwi disponibbli fis-sit tal-Kumitat tar-Reġjuni jiddependu mil-limitazzjonijiet li ġejjin:

  • l-importanza (legali) – il-pubbliku jrid ikollu aċċess għad-dokumenti uffiċjali kollha, jiġifieri dawn jiġi prodotti fil-lingwi uffiċjali kollha. Ċerti dokumenti oħra jiġu tradotti biss bil-lingwi meħtieġa (pereżempju, il-komunikazzjoni ma’ awtoritajiet nazzjonali, organizzazzjonijiet jew individwi);
  • l-urġenza − biex tkun rilevanti, ċerta informazzjoni trid tiġi ppubblikata malajr. Peress li t-traduzzjoni tieħu l-ħin, nippreferu nippubblikaw mill-aktar fis bil-lingwi mifhuma mill-ikbar għadd ta’ Ewropej, milli nistennew it-traduzzjonijiet bil-lingwi kollha;
  • kosteffettività − sabiex jiġu ffrankati l-flus tal-kontribwenti tat-taxxi, għal paġni speċjalizzati ħafna li jiġu kkonsultati minn għadd żgħir ta’ nies, l-għan huwa li jiġi żgurat li l-biċċa l-kbira tan-nies tkun tista’ tifhem l-essenza tal-informazzjoni;
  • limitazzjonijiet tekniċi − il-ġestjoni ta’ sit f’aktar minn 20 lingwa hija kumplessa ħafna, u tirrikjedi ħafna riżorsi umani u finanzjarji;
  • it-traduzzjoni − għandna biss (aċċess għal) għadd limitat ta’ tradutturi u baġit limitat għat-traduzzjoni (dan kollu jiġi mill-flus tal-kontribwenti tat-taxxi). 

Is-sit web tal-KtR joffri traduzzjoni awtomatika pprovduta mis-servizz tal-eTranslation tal-Kummissjoni Ewropea għal ċertu kontenut bħal aħbarijiet u stqarrijiet għall-istampa. F’każ li t-test li tara jkun ġie tradott b’mod awtomatiku, dan jiġi indikat b’mod ċar permezz ta’ messaġġ fin-naħa ta’ fuq tal-paġna.

  • It-traduzzjoni awtomatika tista’ tagħtik idea bażika tal-kontenut b’lingwa li tifhem. Madankollu, kun af li din ma tinvolvi l-ebda intervent uman u li l-kwalità u l-akkuratezza tat-traduzzjoni awtomatika tista’ tvarja minn test għal ieħor u bejn pari ta’ lingwi differenti. 

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar it-traduzzjoni awtomatika!
 

Politika ta’ moderazzjoni għall-media soċjali

L-aħħar aġġornament: Ottubru 2025

Tapplika għal: kontijiet uffiċjali tal-KtR fuq Facebook, X (preċedentement Twitter), LinkedIn, Instagram, Threads u YouTube.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) juża l-mezzi tal-media soċjali tiegħu biex jinvolvi ruħu maċ-ċittadini, ir-rappreżentanti reġjonali u lokali, u l-imsieħba fl-Ewropa kollha. Nilqgħu konverżazzjonijiet miftuħa u kostruttivi u opinjonijiet diversi. Din il-politika ta’ moderazzjoni tispjega kif nimmaniġġjaw il-kummenti u l-interazzjonijiet fuq il-paġni tal-media soċjali tagħna, u tapplika għall-posts pubbliċi, it-tweġibiet, ir-referenzi u l-messaġġi diretti kollha indirizzati lill-kanali uffiċjali tagħna.

  1. Dejjem tista’ tikkummenta u taqsam il-kontenut tagħna

Il-kanali tagħna huma spazji għal djalogu rispettuż, inklużiv u bbażat fuq il-fatti.

Nitolbu lill-utenti kollha biex: 

  • jittrattaw lil xulxin b’rispett u korteżija;
  • jiffukaw fuq is-suġġett inkwistjoni u jikkontribwixxu b’mod kostruttiv;
  • jinteraġixxu f’dibattitu b’saħħtu u jirrispettaw opinjonijiet differenti. 

Il-KtR japprezza l-libertà tal-espressjoni u l-pluraliżmu, però d-diskussjonijiet iridu jsiru fi spirtu ċivili u jkunu rilevanti għall-ħidma tagħna. L-utenti huma mitluba josservaw il-prinċipju fundamentali ta’ mġiba tajba. 

  1. Oqgħod lura milli tagħmel kummenti mhux adatti, bħal:
  • diskors ta’ mibegħda, kummenti li jħeġġu diskriminazzjoni jew fastidju abbażi tan-nazzjonalità, ir-razza, il-ġeneru, ir-reliġjon, l-età, id-diżabilità, l-orjentazzjoni sesswali, jew kwalunkwe status ieħor;
  • insulti, theddid, dikjarazzjonijiet malafamanti jew attakki personali;
  • appelli jew inċitament għal vjolenza, attività illegali, jew awtokorriment;
  • pornografija u nudità;
  • spam, posts ripetuti, jew kummenti mhux relatati mas-suġġett jew li jiksru d-drittijiet tal-awtur;
  • reklamar, promozzjoni kummerċjali jew talbiet għal ġbir ta’ fondi;
  • links li huma irrilevanti, suspettużi, jew mhux sikuri. 

Din il-lista mhijiex eżawrjenti u l-kummenti li jiksru dawn ir-regoli jistgħu jinħbew jew jitneħħew. Ksur serju jew ripetut jista’ jwassal biex l-utenti jiġu mblukkati milli jippubblikaw kummenti fil-kontijiet tal-KtR.

  1. Aħna nirriżervaw id-dritt li:
  • naħbu jew inħassru kummenti li jiksru l-politika ta’ moderazzjoni tagħna;
  • nimblukkaw jew nipprojbixxu lill-utenti li ripetutament jew serjament jiksru dawn ir-regoli;
  • nirrapportaw kontenut jew imġiba illegali (persuni li jagħmluha ta’ persuni pubbliċi jew li jużaw kontijiet foloz) lill-awtoritajiet kompetenti. 

Il-moderazzjoni titwettaq mill-persunal awtorizzat tal-KtR, manwalment u, fejn addat, b’għodod tal-pjattaforma. 

L-intenzjoni tagħna hi li nwieġbu kemm jista’ jkun mistoqsijiet mill-iżjed fis. Ma weġibniex il-mistoqsija tiegħek? Jekk jogħġbok għarrafna dwar dan fl-indirizz elettroniku ta’ hawn taħt. 

Jekk taħseb li l-kumment tiegħek tneħħa bi żball, tista’ tikkuntattja lit-tim ta’ moderazzjoni tagħna fuq socialmedia@cor.europa.eu.

Nirrieżaminaw it-talbiet leġittimi malajr kemm jista’ jkun. 

  1. Ġestjoni

Il-kontijiet tal-media soċjali tal-KtR huma ġestiti mill-Unità tal-Komunikazzjoni Diġitali u l-Istrateġija tal-IT (Direttorat D), b’appoġġ minn dipartimenti oħra fir-rigward tal-kontenut ippubblikat. Il-fatt li nsegwu kontijiet oħra jew li nirreferu għalihomma jimplikax li napprovawhom

Nużaw hashtags (#) biex ningħaqdu f’diskussjonijiet pubbliċi, iżda l-KtR mhuwiex responsabbli għall-kontenut kondiviż minn individwi oħrajn taħt dawk il-hashtags jew fuq siti esterni. 

  1. Drittijiet tal-awtur

Il-kontenut imtella’ fuq il-kontijiet tal-media soċjali tal-KtR huwa kopert mill-avviż standard tagħna dwar id-drittijiet tal-awtur, disponibbli hawnhekk: https://cor.europa.eu/en/legal-notice#toc-copyright. Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, l-Unjoni Ewropea għandha d-drittijiet tal-awtur għall-viżwali u r-ritratti ppubblikati. Aħna nagħmlu l-almu tagħna biex niżguraw li l-posts kollha jikkonformaw mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) u r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur. Jekk taħseb li l-privatezza jew id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiegħek inkisru, jekk jogħġbok ikkuntattjana. 

  1. Data personali

Il-KtR jipproċessa data personali limitata meħtieġa għal skopijiet ta’ statistika u għall-monitoraġġ ta’ diskussjonijiet li jsiru online. Għal aktar dettalji, ikkonsulta l-Avviż tagħna dwar il-Protezzjoni tad-Data fil-paġna: Protezzjoni tad-data | Kumitat Ewropea tar-Reġjuni Il-ġbir u l-użu tad-data huma rregolati wkoll mit-termini u l-kundizzjonijiet proprji ta’ kull pjattaforma. 

Drittijiet tal-awtur

© Unjoni Ewropea, 1995-2026

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviż dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut li huwa proprjetà tal-UE f’dan is-sit huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0) (https://creativecommons.org/licenses/by/4.0/). Dan ifisser li d-dokument jista’ jerġa’ jintuża dment li jingħata kreditu adatt u jiġi indikat kwalunkwe tibdil. 

Għal kwalunkwe użu jew riproduzzjoni ta’ elementi li mhumiex proprjetà tal-Unjoni Ewropea, jista’ jkun meħtieġ li jintalab permess direttament mid-detenturi tad-drittijiet rispettivi. Għaldaqstant, l-utenti huma mitluba jiksbu drittijiet addizzjonali jekk kontenut speċifiku jinkludi xogħlijiet ta’ partijiet terzi. Ladarba jinkiseb, dan il-permess għandu jikkanċella u jissostitwixxi l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda tar-responsabbiltà

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jipprovdi dan is-sit biex itejjeb l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar l-inizjattivi tiegħu u l-politiki tal-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali. L-għan tagħna huwa li din l-informazzjoni tinżamm aġġornata u tkun preċiża. Jekk tinġibed l-attenzjoni tagħna għal xi żbalji, aħna nagħmlu mill-aħjar biex nikkoreġuhom. 

Madankollu il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà jew obbligu fir-rigward tal-informazzjoni f’dan is-sit. 

Din l-informazzjoni: 

  • hija ta’ natura ġenerali biss u mhix intiża biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ xi individwu jew entità partikolari;
  • mhix neċessarjament komprensiva, kompluta, preċiża jew aġġornata;
  • xi drabi tkun assoċjata ma’ siti esterni li l-Kumitat ma għandu l-ebda kontroll fuqhom u li għalihom il-Kumitat ma jassumi l-ebda responsabbiltà;
  • mhix parir professjonali jew legali (jekk teħtieġ parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta professjonist kwalifikat kif adatt). 

Jekk jogħġbok kun af li m’hemmx garanzija li dokument disponibbli online jirriproduċi eżatt test li jkun ġie adottat uffiċjalment. Hija biss il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li titqies awtentika. 

Huwa l-għan tagħna li nnaqqsu kemm jista’ jkun kwalunkwe tfixkil ikkawżat minn żbalji tekniċi. Madankollu, ċerta data jew informazzjoni fuq is-sit tagħna setgħet inħolqot jew ġiet strutturata f’fajls jew formati li ma jkunux mingħajr żbalji u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jiġix interrott jew affettwat b’mod ieħor minħabba problemi bħal dawn. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ problemi bħal dawn li jkunu ġġarrbu b’riżultat tal-użu ta’ dan is-sit jew kwalunkwe sit estern marbut miegħu. 

Din id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni b’rabta ma’ ksur ta’ kwalunkwe rekwiżit stipulat fil-liġi nazzjonali applikabbli jew biex teskludi r-responsabbiltà tiegħu għal kwistjonijiet li ma jistgħux ikunu esklużi skont din il-liġi.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà dwar links esterni

Is-sit tal-Kumitat tar-Reġjuni fid-dominju europa.eu jista’ jkun fih “links esterni” għal siti f’dominji oħra barra minn europa.eu, li jistgħu ma jkunux tal-Kumitat tar-Reġjuni jew iffinanzjati minnu, li għalihom is-servizzi tal-Kumitat tar-Reġjuni ma għandhom ebda kontroll u li għalihom il-Kumitat tar-Reġjuni ma jassumi ebda responsabbiltà.

Meta l-viżitaturi tas-sit tal-Kumitat tar-Reġjuni jagħżlu li jsegwu link għal kwalunkwe sit estern, huma joħorġu mid-dominju uffiċjali tal-Kumitat tar-Reġjuni, u huma soġġetti għall-politiki dwar il-cookies, dwar il-privatezza u dawk legali tas-sit estern li jżuru.

Il-konformità ma’ rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni tad-data u tal-aċċessibbiltà ta’ siti web esterni llinkjati mis-siti web tal-Kumitat tar-Reġjuni fid-dominju europa.eu taqa’ barra mill-kontroll tal-Kumitat tar-Reġjuni u hija r-responsabbiltà espliċita tas-sit estern.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà dwar l-approvazzjoni

L-għan ta’ kwalunkwe referenza llinkjata mis-sit web tal-Kumitat tar-Reġjuni għal kwalunkwe riżorsa esterna speċifika, servizz online jew sit web, hu biex tittejjeb l-informazzjoni disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat tar-Reġjuni u tgħin lill-viżitaturi ta’ dawn is-siti.

Dawn ir-referenzi llinkjati la jikkostitwixxu approvazzjoni mill-Kumitat tar-Reġjuni tar-riżorsa esterna speċifika, is-servizz online jew is-sit, la l-approvazzjoni tal-informazzjoni li tinsab fir-referenza llinkjata, u lanqas l-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet li huma proprjetarji tas-siti esterni.