X’inhuma l-cookies?
Cookie hija fajl żgħir ta’ test li sit jaħżen fuq il-kompjuter jew l-apparat mobbli tiegħek meta żżuru.
- Il-cookies tal-ewwel parti huma cookies stabbiliti mis-sit li tkun qed iżżur. Dan is-sit biss jista’ jaqrahom. Barra minn hekk, sit jista’ potenzjalment juża servizzi esterni, li jistabbilixxu wkoll il-cookies tagħhom stess, magħrufa bħala cookies ta’ partijiet terzi.
- Cookies persistenti huma cookies issejvjati fuq il-kompjuter tiegħek u li ma jitħassrux awtomatikament meta tagħlaq il-brawżer tiegħek, għall-kuntrarju ta’ cookie ta’ sessjoni, li titħassar hekk kif tagħlaq il-brawżer tiegħek.
Kull darba li żżur is-sit tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, tintalab taċċetta jew tirrifjuta l-cookies.
L-għan huwa li s-sit ikun jista’ jiftakar il-preferenzi tiegħek għal ċertu perjodu ta’ żmien.
B’dan il-mod, m’għandekx għalfejn terġa’ ddaħħalhom waqt li tkun qed tibbrawżja s-sit fl-istess żjara.
Il-cookies jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi stabbilita statistika anonimizzata dwar l-esperjenza tal-ibbrawżjar fis-siti tagħna.
Kif nużaw il-cookies?
Is-siti tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jużaw prinċipalment il-“cookies tal-ewwel parti”. Dawn huma cookies stabbiliti u kkontrollati mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jew mill-Kummissjoni Ewropea, mhux minn organizzazzjoni esterna.
Madankollu, biex tara xi wħud mill-paġni jew il-kontenut speċifiku tagħna, ikollok taċċetta cookies minn organizzazzjonijiet esterni.
It-3 tipi ta’ cookies tal-ewwel parti li nużaw huma biex:
- naħżnu l-preferenzi tal-viżitaturi;
- nagħmlu s-siti web tagħna operattivi;
- niġbru data analitika anonimizzata (dwar l-imġiba tal-utent).
Preferenzi tal-viżitaturi
Dawn huma stabbiliti minna u nistgħu naqrawhom aħna biss. Jiftakru:
- jekk qbiltx mal-politika dwar il-cookies ta’ dan is-sit (jew irrifjutajtha)
| Isem | Servizz | Għan | Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien |
|---|---|---|---|
| eu_cookie_consent | Kit ta’ kunsens għall-cookies | Jaħżen il-preferenzi tal-cookies (biex ma nerġgħux nistaqsuk għalihom) | Cookie ta’ sessjoni tal-ewwel parti li titħassar wara li tagħlaq il-brawżer tiegħek |
| cck3 | Kit ta’ kunsens għall-cookies | Jaħżen il-preferenzi tal-cookies ta’ partijiet terzi (biex ma nerġgħux nistaqsuk għalihom) | Cookie ta’ sessjoni tal-ewwel parti li titħassar wara li tagħlaq il-brawżer tiegħek |
| cck1 | Kit ta’ kunsens għall-cookies | Jaħżen il-preferenzi tal-cookies tiegħek (biex ma nerġgħux nistaqsuk għalihom) | Cookie persistenti tal-ewwel parti, 6 xhur |
Cookies operattivi
Hemm ċerti cookies li rridu ninkludu biex paġni partikolari jiffunzjonaw, u għalhekk ma jeħtiġux il-kunsens tiegħek. B’mod partikolari:
- cookies ta’ awtentikazzjoni;
- cookies tekniċi meħtieġa minn ċerti sistemi tal-IT.
Cookies analitiċi
Dawn nużawhom purament għar-riċerka interna dwar kif nistgħu ntejbu s-servizz li nipprovdu għall-utenti kollha tagħna.
Il-cookies sempliċement jivvalutaw kif tinteraġixxi mas-sit web tagħna – bħala utent anonimu (id-data miġbura ma tidentifikakx personalment).
Barra minn hekk, din id-data ma tiġi kondiviża mal-ebda parti terza jew ma tintuża għal ebda għan ieħor. L-istatistika anonimizzata tista’ tiġi kondiviża ma’ kuntratturi li jaħdmu fuq proġetti ta’ komunikazzjoni taħt ftehim kuntrattwali mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jew mal-Kummissjoni.
Madankollu, inti dejjem għandek l-għażla li tirrifjuta dawn it-tipi ta’ cookies – permezz tal-istrixxun tal-cookies li tara fl-ewwel paġna li żżur jew fuq Europa Analytics.
| Isem | Servizz | Għan | Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien |
|---|---|---|---|
| _pk_id# | Servizz tal-analitika tal-web f’livell korporattiv, abbażi tas-software b’sors miftuħ Piwik pro | irrikonoxxi l-viżitaturi tas-sit web (b’mod anonimu – ma tinġabar ebda informazzjoni personali dwar l-utent) | Cookie persistenti tal-ewwel parti, 13-il xahar |
| _pk_ses# | Servizz tal-analitika tal-web f’livell korporattiv, abbażi tas-software b’sors miftuħ Piwik pro | Jidentifika l-paġni li l-istess utent jara waqt l-istess żjara (b’mod anonimu – ma tinġabar ebda informazzjoni personali dwar l-utent) | Cookie persistenti tal-ewwel parti, 30 minuta |
Cookies ta’ partijiet terzi
Xi wħud mill-paġni tagħna juru kontenut minn fornituri esterni, eż. YouTube, Facebook u X.
Biex tara dan il-kontenut ta’ parti terza, l-ewwel trid taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom. Dan jinkludi l-politiki tagħhom dwar il-cookies, li ma għandniex kontroll fuqhom.
Iżda jekk ma tarax dan il-kontenut, ma tiġi installata l-ebda cookie ta’ partijiet terzi fuq l-apparat tiegħek.
Fornituri terzi fis-sit web tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
You Tube
X
Microsoft Dynamics365
Facebook Google
LinkedIn
Livestream
Kummissjoni Ewropea
Parlament Ewropew
Dawn is-servizzi ta’ partijiet terzi mhumiex fil-kontroll tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. Il-fornituri jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jibdlu t-termini tagħhom ta’ servizz, l-għan u l-użu tal-cookies, eċċ.
Kif tista’ timmaniġġja l-cookies?
It-tneħħija ta’ cookies mill-apparat tiegħek
Tista’ tħassar il-cookies kollha li diġà jinsabu fuq l-apparat tiegħek billi tħassar l-istorja tal-ibbrawżjar tal-brawżer tiegħek. B’hekk tneħħi l-cookies kollha mis-siti web kollha li żort.
Kun af madankollu li tista’ titlef ċerta informazzjoni ssejvjata (eż. dettalji tal-login issejvjati, preferenzi b’rabta ma’ siti partikolari).
L-immaniġġjar ta’ cookies speċifiċi għal sit partikolari
Biex tikkontrolla b’mod aktar dettaljat il-cookies speċifiċi għal sit, iċċekkja l-konfigurazzjonijiet ta’ privatezza u tal-cookies fil-brawżer preferut tiegħek.
Imblukkar tal-cookies
Tista’ tissettja l-biċċa l-kbira tal-brawżers moderni biex ma tħallix li xi cookies jitqiegħdu fuq l-apparat tiegħek, iżda mbagħad jista’ jkollok tirranġa ċerti preferenzi manwalment kull darba li żżur sit/paġna. Barra minn hekk, ċerti servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux sew (eż. konnessjoni permezz ta’ profil).
Il-ġestjoni tal-cookies analitiċi tagħna
Tista’ timmaniġġja l-preferenzi tiegħek dwar il-cookies minn Europa Analytics fuq il-paġna ddedikata għal dan: Europa Analytics.