Is-CIVEX tindirizza temi kostituzzjonali, fosthom il-futur tal-Ewropa, id-demokrazija lokali u d-devoluzzjoni, is-sussidjarjetà attiva u r-regolamentazzjoni aħjar, il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja
Is-sitt kummissjonijiet tematiċi jwettqu l-ħidma leġiżlattiva tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, li tkopri firxa wiesgħa ta' oqsma li jikkonċernaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali.
Fil-kummissjonijiet, il-membri tal-KtR jfasslu Opinjonijiet dwar proposti u inizjattivi leġiżlattivi tal-UE, u jiddiskutu kwistjonijiet oħra rilevanti għall-ħidma ta' aktar minn miljun politiku lokali tal-Ewropa.