Il-Premju REKT 2026 “Nibnu l-Ewropa bejn il-fruntieri”: Sejħa għall-applikazzjonijiet
F’din il-paġna
- Politika ta' Koeżjoni
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) jistieden lir-REKT kollha jressqu l-applikazzjoni tagħhom għall-edizzjoni tal-2026 tal-premju “Nibnu l-Ewropa bejn il-fruntieri” (il-Premju REKT).
Dan il-premju jirrikonoxxi l-kisbiet tar-REKT eżistenti, juri l-valur miżjud tal-UE ta’ dan l-istrument u jippromovihom bħala eżempji għal gruppi oħra jew strutturi transkonfinali, interreġjonali u transnazzjonali simili.
Min jista' japplika?
Ir-REKT kollha li ġew stabbiliti qabel l-1 ta’ Jannar 2025 jistgħu jipparteċipaw. It-twaqqif tar-REKT irid ikun ġie nnotifikat lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni skont ir-Regolament dwar ir-REKT.
Kif tapplika?
Qabel tapplika, jekk jogħġbok aqra bir-reqqa d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali dwar l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Premju REKT.
Se ssib il-formola tal-applikazzjoni li tista’ titniżżel fuq is-sit web tagħna.
Jekk jogħġbok issottometti l-applikazzjoni kompluta tiegħek qabel tmiem in-negozju fit-22 ta’ April 2026, lil egtc@cor.europa.eu, bl-użu tal-indirizz elettroniku uffiċjali tal-applikant.
Applikazzjonijiet li jaslu tard mhux se jiġu kkunsidrati.