X’inhi l-Alleanza?
Il-#CohesionAlliance inħolqot f’Ottubru 2017 mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-assoċjazzjonijiet Ewropej ewlenin tal-bliet u r-reġjuni. Sa mit-tnedija tagħha, l-Alleanza ġabret aktar minn 12 000 membru li jinkludu ċittadini, reġjuni, bliet u kontej, assoċjazzjonijiet tal-gvernijiet reġjonali u lokali, Membri tal-Parlament Ewropew u assoċjazzjonijiet settorjali tal-UE.
Fl-2022, il-#CohesionAlliance bdiet fażi ġdida ta’ mobilizzazzjoni sabiex issaħħaħ il-politika ta’ koeżjoni. Fid-dawl tan-negozjati kruċjali għall-baġit li jmiss tal-UE, l-Alleanza issa hija mobilizzata bis-sħiħ. Nitolbu li l-politika ta’ koeżjoni mġedda tibqa’ l-politika ewlenija ta’ investiment deċentralizzata fit-tul tal-Unjoni Ewropea, kemm attwalment kif ukoll fil-futur.