Mandat
Il-Grupp ta’ Ħidma dwar id-Difiża ġie stabbilit fl-1 ta’ April 2025 mill-Bureau tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), biex jirrifletti dwar u jippromovi l-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-arkitettura tas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni Ewropea li qed tevolvi.
Il-Grupp ta’ Ħidma jservi bħala pjattaforma għall-kooperazzjoni interistituzzjonali ma’ korpi ewlenin tal-UE u jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-membri tiegħu. Jippromovi wkoll il-koerenza fl-opinjonijiet relatati mad-difiża, waqt li jiżgura valur strateġiku u għarfien espert transsettorjali fil-ħidma tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar id-difiża u s-sigurtà.
Kompożizzjoni
Is-Sur Fernando López Miras (ES/PPE) qed jippresiedi l-Grupp ta’ Ħidma, li jikkonsisti minn 9 membri tal-KtR li jistgħu jiġu sostitwiti minn 9 membri/sostituti oħra. Ara min huma l-membri tal-Grupp ta’ Ħidma.