Kooperazzjoni mal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali

©Council of Europe

F’din il-paġna

Il-KtR jikkoopera mill-qrib mal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa billi ż-żewġ istituzzjonijiet jiffukaw fuq il-promozzjoni u t-tisħiħ tad-demokrazija lokali u reġjonali. 

Din il-kooperazzjoni toħroġ fid-dieher matul il-laqgħat annwali tal-Grupp ta’ Livell Għoli bejn il-KtR u l-Kungress.

Kooperazzjoni kontinwa

Iż-żewġ istituzzjonijiet ikomplu jesploraw oqsma ta’ interess reċiproku biex itejbu s-sinerġiji u jfittxu modi kif jiddefendu aħjar il-valuri kondiviżi tagħhom. Huma u jagħmlu dan, jenfasizzaw ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tisħiħ tad-demokrazija, speċjalment fid-dawl tad-diversi theddidiet attwali għar-reżiljenza tas-sistemi demokratiċi. Il-KtR u l-Kungress ħadmu flimkien ukoll biex jappoġġjaw il-bliet u r-reġjuni fl-Ukrajna, u l-Kungress sar imsieħeb istituzzjonali tal-Alleanza tal-Bliet u r-Reġjuni għar-Rikostruzzjoni tal-Ukrajna.

Kuntest

Il-ftehim ta’ kooperazzjoni rivedut iffirmat fl-2018 (ara d-dokumenti relatati) huwa segwitu għal ftehim ta’ kooperazzjoni ffirmat bejn iż-żewġ istituzzjonijiet fl-2005, kif ukoll għall-formalizzazzjoni tiegħu fl-2009 li stabbilixxiet oqsma ta’ interess u metodi ta’ kooperazzjoni speċifiċi. L-għan tal-ftehim rivedut kien li joħloq proċess semplifikat ta’ kooperazzjoni permezz tal-istabbiliment ta’ Grupp ta’ Livell Għoli li jlaqqa’ flimkien il-President tal-KtR, l-ewwel Viċi President u l-President tas-CIVEX, kif ukoll il-President tal-Kungress u l-Presidenti taż-żewġ Kmamar tal-Kungress. Dawn il-laqgħat jiġu organizzati darba fis-sena fuq rotazzjoni fil-binjiet tal-KtR u tal-Kungress, flimkien ma’ attivitajiet oħra ta’ kooperazzjoni f’oqsma ta’ politika rilevanti. 

Dokumenti