Missjoni
- l-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.
Attivitajiet ewlenin
- għoti ta’ appoġġ lill-parlamenti u lill-gvernijiet minn reġjuni b’setgħat leġiżlattivi permezz tal-pjattaforma speċifika REGPEX matul il-perjodu tas-sistema ta’ twissija bikrija;
- sensibilizzazzjoni dwar l-applikazzjoni prattika tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-iffaċilitar tal-iskambju tal-aħjar prattika;
- provvista ta’ informazzjoni lir-relaturi u lill-membri tal-KtR dwar il-kontributi relatati mas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità li jsiru minn network rappreżentattiv ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali.
-
Il-Grupp ta’ Esperti tas-Sussidjarjetà, li huwa grupp ta’ esperti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, jappoġġja l-monitoraġġ tas-sussidjarjetà tal-KtR.
Il-Portal online tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-Sussidjarjetà ma baqax jeżisti minħabba t-tranżizzjoni tal-KtR lejn ambjent diġitali ġdid. Il-kontenut li qabel kien disponibbli fuq il-Portal bħalissa qed jiġi arkivjat. Fl-istess ħin għaddejja ħidma biex tiġi implimentata għodda ġdida li se tappoġġja l-aspetti online tal-monitoraġġ tas-sussidjarjetà. L-għodda l-ġdida ser tkun disponibbli malajr kemm jista’ jkun. Wara l-pawża tas-sajf ser tiġi ppubblikata aktar informazzjoni fuq dan is-sit web.