Avviż għall-media – Summit Ewropew tar-Reġjuni u l-Bliet, 18-19 ta’ Marzu 2024
F’din il-paġna
- Agrikoltura
- Żvilupp rurali
- Ċittadinanza
- Diżinformazzjoni
- Il-Futur tal-Ewropa
- Governanza f’diversi livelli u devoluzzjoni
- Sussidjarjetà u proporzjonalità
- Riforma tal-politika ta’ koeżjoni
- Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP)
- Koeżjoni territorjali
- Governanza ekonomika
- Politika ambjentali
- Patt Ekoloġiku Ewropew
- Tkabbir
- Protezzjoni soċjali
- Intrapriża u industrija
Is-Summit f’Mons, il-Belġju, se jippreżenta l-viżjoni tar-reġjuni u l-bliet għall-futur tal-Ewropa
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Vasco Alves Cordeiro, u l-Ministru President tar-Reġjun ta’ Wallonia, Elio Di Rupo, flimkien ma’ mexxejja lokali minn madwar l-Unjoni Ewropea u d-dinja, ser jiddiskutu l-prijoritajiet mal-Prim Ministru Belġjan Alexander De Croo u rappreżentanti għolja oħra tal-UE, nazzjonali u internazzjonali.
Is-Summit se jlaqqa’ eluf ta’ gvernaturi reġjonali, sindki, u kunsilliera lokali flimkien mal-ministri nazzjonali u mar-rappreżentanti tal-gvernijiet nazzjonali, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, u s-soċjetà ċivili biex jindirizzaw uħud mill-isfidi urġenti li l-komunitajiet lokali fl-UE se jiffaċċjaw fis-snin li ġejjin.
F’Mons, Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2015 fir-reġjun ta’ Wallonia tal-Belġju, ir-reġjuni u l-bliet tal-UE ser jistabbilixxu l-viżjoni tagħhom stess għall-futur tal-Ewropa f’dikjarazzjoni li ser tinforma d-dibattitu pubbliku fit-tħejjija għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-6-9 ta’ Ġunju u tgħin biex tissawwar l-aġenda strateġika u l-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għas-snin li ġejjin, li ser tingħata lill-Prim Ministru Belġjan Alexander De Croo, peress li l-Belġju bħalissa għandu l-presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Barra minn hekk, fis-Summit, l-Alleanza Ewropea tal-Bliet u r-Reġjuni għar-Rikostruzzjoni tal-Ukrajna se tadotta rakkomandazzjonijiet biex tippromovi approċċ deċentralizzat għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna, u tippreżentahom lill-gvern Ġermaniż u lill-gvern Ukren, li se jospitaw il-Konferenza dwar l-Irkupru tal-Ukrajna f’Ġunju 2024. Ser jitkellemu Oleksandr Kubrakov, il-viċi prim ministru Ukren responsabbli għar-rikostruzzjoni, kif ukoll il-mibgħut speċjali tal-gvern Ġermaniż għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna, Georg Milbradt.
Is-Summit, li jiġi 11-il ġimgħa qabel l-elezzjonijiet Ewropej, se jiġi indirizzat mill-mexxejja tal-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew jew mill-kandidati ewlenin tagħhom f’sessjoni ddedikata dwar l-elezzjonijiet Ewropej.
Is-Summit ser ikun l-okkażjoni biex jiġi ċċelebrat it-30 anniversarju tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, stabbilit mit-Trattat ta’ Maastricht u mniedi f’Marzu 1994. Se tkun ukoll l-okkażjoni biex jintwerew id-diversità rikka u l-kisbiet importanti tal-Wallonia, inkluż bis-saħħa tal-politika ta’ koeżjoni.
Is-sessjonijiet plenarji u tal-panel kollha se jixxandru dirett fuq l-internet.
Parteċipanti oħra ta’ livell għoli: il-Kummissarji Ewropej Margaritis Schinas, Elisa Ferreira, Věra Jourová, Nicolas Schmit u Dubravka Šuica, ministri nazzjonali mill-Belġju, il-Latvja, Franza, Spanja u l-Ukrajna, u rappreżentanti tal-gvernijiet sottonazzjonali mill-Istati Uniti, il-Kanada, il-Brażil, il-Gambja u l-Mauritania se jipparteċipaw f’firxa ta’ panels iffukati fuq is-sostenibbiltà, it-tranżizzjoni ġusta, l-iżvilupp reġjonali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u d-demokrazija lokali.
Panels:
- L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew
- Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ
- L-ugwaljanza bejn il-ġeneri
- L-integrazzjoni
- Ir-reżiljenza
- L-Ukrajna
- Il-Patt Ekoloġiku
- Il-Politika ta’ koeżjoni
- L-Innovazzjoni diġitali
- Is-servizzi pubbliċi.
Premju: Se ssir ċerimonja għar-rebbieħ tal-Premju “Sindku Paweł Adamowicz” 2023, li tonora liċ-ċittadini u lir-rappreżentanti eletti li jgħixu biex id-demokrazija taħdem/titħaddem fil-livell lokali.
Aktar tagħrif
Programm: Programm dettaljat u informazzjoni sħiħa jinsabu fuq is-sit web tas-summit.
Materjal awdjoviżiv: Għal appoġġ u informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil audiovisualCoR@cor.europa.eu. Ir-ritratti se jkunu disponibbli wkoll fuq il-paġna Flickr tal-KtR.
Kuntatt:
Indirizz elettroniku: PresseCdR@cor.europa.eu