Wioletta Wojewodzka
Wioletta.Wojewodzka@cor.europa.eu
Illum jaħbat it-tielet anniversarju tal-invażjoni militari Russa tal-Ukrajna: il-bidu ta’ sofferenzi bla tmiem, biddel għal dejjem il-ħajja ta’ miljuni ta’ Ukreni u kisser is-sigurtà fil-kontinent Ewropew.
Illum, nibqgħu impenjati bis-sħiħ għal solidarjetà soda mal-Ukrajna u l-poplu tagħha sakemm ikun hemm bżonn. Ma hemm l-ebda libertà fl-Ewropa mingħajr Ukrajna ħielsa, ma hemm l-ebda libertà għall-Ukrajna mingħajr solidarjetà Ewropea.
Mill-24 ta’ Frar 2022, l-appoġġ għall-bliet u r-reġjuni Ukreni huwa prijorità assoluta għall-KtR. L-Ukrajna għadha wieqfa minħabba li l-bliet u r-reġjuni tagħha għadhom wieqfa. Huma jipprovdu kenn lill-persuni taħt il-bumbardamenti Russi, jiggarantixxu l-provvista tal-ilma, l-ikel u t-tisħin u jospitaw lill-persuni spostati. Illum, inġeddu l-appell tagħna biex jinħelsu minnufih is-sindki u l-uffiċjali lokali Ukreni maħtufa mill-forzi Russi.
Ġbarna l-assoċjazzjonijiet ewlenin kollha tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Ukrajna u tal-Unjoni Ewropea fl-Alleanza Ewropea għar-Rikostruzzjoni tal-Ukrajna, li tikkoordina l-isforzi tal-bliet u r-reġjuni għall-irkupru u r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna.
Aħna niffaċilitaw appoġġ dirett bejn il-pari għall-iskambju tal-aħjar prattiki u l-bini tal-kapaċità, b’mod partikolari permezz tal-proġett ta’ Appoġġ għall-Programm ta’ Taħriġ u Internship għall-Muniċipalitajiet Ukreni (TIPS4UA).
Fil-premessi tagħna qed nospitaw ir-rappreżentanzi tal-UE tal-bliet u r-reġjuni Ukreni.
Stabbilixxejna Grupp ta’ Ħidma, li jakkumpanja l-bliet u r-reġjuni tal-Ukrajna fit-triq lejn is-sħubija fl-UE.
Flimkien mas-Sindku ta’ Kiev Vitali Klitschko, il-membru onorarju tagħna mill-2022 u r-rebbieħ tal-2024 tal-Premju Pawe ⁇Adamowicz, u s-sindki u r-rappreżentanti eletti lokalment tal-Ukrajna, noħolmu bl-unifikazzjoni vera tal-kontinent tagħna, u l-bliet u r-reġjuni tal-Ukrajna jirnexxu f’Unjoni Ewropea paċifika, ħielsa u prospera.
Kata Tütto, President tal-KtR
ma’ Aleksandra Dulkiewicz, Sindku ta’ Gdansk, u Antje Grotheer, President tal-Parlament tal-Istat ta’ Bremen, f’isem il-Grupp ta’ Ħidma tal-KtR dwar l-Ukrajna
Wioletta.Wojewodzka@cor.europa.eu
Poland
Membru
Mayor of the City of Gdańsk
Germany
Membru
President of the Bremen State Parliament
Hungary
Membru
Member of the General Assembly of Budapest Capital