Dikjarazzjoni tal-KtR dwar il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa
F’din il-paġna
- Affarijiet kostituzzjonali u istituzzjonali
- Trattati tal-UE
- Drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt
- Impjiegi u politika soċjali
- Ġustizzja u affarijiet interni
- Opportunitajiet indaqs
- Protezzjoni soċjali
- President
- Edukazzjoni u kultura
Il-vjolenza kontra n-nisa u l-impunità li titmagħha għandhom jintemmu. Il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa għadu meħtieġ daqs qatt qabel. Ir-reġjuni u l-bliet huma impenjati li jieħdu sehem fil-bini ta’ futur fejn kulħadd jista’ jgħix ħieles mill-vjolenza u d-diskriminazzjoni.
Il-gvernijiet lokali u reġjonali jaġixxu. Dawn joħolqu postijiet ta’ kenn għall-vittmi, jistabbilixxu servizzi ta’ appoġġ, iħarrġu lill-impjegati taċ-ċivil. Meta jiżguraw li l-festivals tal-bliet ikunu sikuri, jinstallaw dawl korrett fl-ispazji pubbliċi, u jorganizzaw is-sigurtà fit-trasport pubbliku, joħolqu postijiet sikuri għan-nisa. Leġiżlazzjoni Ewropea aktar b’saħħitha u finanzjament iddedikat jistgħu ċertament jappoġġaw dawn l-isforzi biex tiġi indirizzata l-vjolenza abbażi tal-ġeneru.
Lil hinn mill-mitigazzjoni tal-konsegwenzi tal-vjolenza kontra n-nisa, huwa essenzjali li ssir bidla f'kull post, f'kull familja, biex il-vjolenza ma tibqax isseħħ. Huma meħtieġa bl-istess mod l-isfidar tal-istereotipi marbuta mal-ġeneru online u offline, l-indirizzar ta’ normi ta’ maskulinità dannużi u strutturi patrijarkali, l-involviment tal-irġiel u s-subien biex isiru alleati kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru. Dan jista’ u jrid isir bi prevenzjoni bikrija fl-iskejjel u edukazzjoni inklużiva bbażata fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, ir-rispett u n-nonvjolenza. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri mhijiex prinċipju astratt, iżda realtà ta’ kuljum imsawra fil-bliet u r-reġjuni tagħna.