Hélène Dressen
helene.dressen@live.be
Għall-ewwel laqgħa tal-mandat il-ġdid tal-Kummissjoni għar-Riżorsi Naturali(NAT),il-membriadottaw żewġ Opinjonijiet dwar il-forza tax-xogħol fil-qasam tal-kura tas-saħħa fl-Ewropa u l-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista agroalimentari u kellhom dibattitu esploratorju dwar l-Opinjoni ta’ prospettiva dwar il-Patt Ewropew dwar l-Oċeani. Il-laqgħa tmexxiet minn Piotr Całbecki (PL/PPE), Marixxall ta’ Kujawsko-Pomorskie, il-president il-ġdid tal-Kummissjoni NAT.
Forza tax-xogħol fil-qasam tal-kura tas
L-Unjoni Ewropea (UE) qed tiffaċċja defiċit fil-forza tax-xogħol tas-saħħa, b’nuqqas stmat ta’ 1,2 miljun tabib, infermier u qwiebel mill-2022. Filwaqt li mhux ir-reġjuni kollha jesperjenzawhom bl-istess mod, ħafna territorji — speċjalment żoni rurali u remoti — jiffaċċjaw kwistjonijiet sinifikanti ta’ persunal.
L-awtoritajiet lokali u reġjonali, li spiss ikunu responsabbli għall-kura tas-saħħa, il-kura soċjali, u servizzi soċjali oħra, għandhom ikunu involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-pjani kollha relatati mal-forza tax-xogħol tal-UE f’dawn l-oqsma. F’Opinjoni mmexxija minn Birgitta Sacrédeus (SE/PPE), il-membri tan-NAT jappellaw għal azzjoni tal-UE aktar b’saħħitha fil-promozzjoni tas-saħħa, l-identifikazzjoni bikrija tal-mard, u l-iżvilupp tal-forza tax-xogħol. Huma jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġu attirati, imħarrġa u miżmuma professjonisti tal-kura tas-saħħa permezz ta’ edukazzjoni aħjar, promozzjoni tal-karriera, u reklutaġġ etiku, inkluż minn pajjiżi mhux tal-UE. Barra minn hekk, huma jippromwovu l-iżvilupp kontinwu tal-ħiliet, il-kooperazzjoni transfruntiera, u l-aġġustamenti tal-politika biex jittejbu l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol, l-infrastruttura tal-kura tas-saħħa, u ż-żamma tal-persunal fir-reġjuni kollha.
Relatur Brigitta Sacrédeus (SE/PPE), membru tal-Kunsill tal-Kontea, reġjun ta' Dalarna: “Il-provvista tal-ħiliet fil-kura tas-saħħa teħtieġ sforzi fil-livelli kollha. Mhuwiex possibbli li sempliċiment jiżdied l-għadd ta’ persunal. Jeħtieġ li ssir enfasi kbira fuq iż-żamma tal-persunal. Dan jista’ jinvolvi l-promozzjoni ta’ postijiet tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-saħħa, l-għoti ta’ kundizzjonijiet għal bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-iffaċilitar tal-iżvilupp tal-karriera u s-sejbien ta’ soluzzjonijiet flessibbli. Huwa importanti li l-ħiliet jintużaw bl-aħjar mod, pereżempju permezz ta’ ħidma f’tim mill-qrib u l-iżvilupp, it-trasferiment tal-kompiti u t-tibdil tal-metodi ta’ ħidma. Hemm opportunitajiet bi żviluppi tekniċi u diġitali, inkluża l-IA, li jistgħu jtejbu l-effiċjenza u jkunu ta’ appoġġ u jikkomplementaw il-kuntatt li jiffaċċja l-pazjent.”
Katina tal-provvista agroalimentari
Il-Kummissjoni NAT tappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex issaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista agroalimentari iżda tinsisti li huma meħtieġa miżuri addizzjonali biex jiġu żgurati introjtu ġust u stabbiltà tas-suq. L-Opinjoni mmexxija minn Loredana Capone (IT/PSE) tappella għal emendi għar-Regolament li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-suq għall-prodotti agrikoli (CMPO) biex jiġu ggarantiti prezzijiet li jkopru l-ispejjeż tal-produzzjoni, jissaħħu l-mekkaniżmi tal-prezzijiet ta’ intervent, u tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-azjendi agrikoli żgħar u ta’ daqs medju. Sabiex jiġu evitati kriżijiet agrikoli, il-membri tan-NAT jirrakkomandaw mekkaniżmi ta’ intervent awtomatiku, ħażniet pubbliċi, u qafas ta’ prestazzjoni għall-ġestjoni tal-kriżijiet. Huma jħeġġu wkoll infurzar aktar b'saħħtu kontra prattiki kummerċjali inġusti (UTPs), filwaqt li jipproponu "Pjattaforma tal-UE dwar il-UTPs" bil-preżenza tal-awtoritajiet tal-infurzar maħtura tal-Istati Membri kollha, għal implimentazzjoni aktar koordinata tal-miżuri stabbiliti mir-Regolament.
Relatur Loredana Capone (IT/PSE), President tal-assemblea reġjonali tal-Puglia: “Dinl-Opinjoni se taffettwa l-futur tal-agrikoltura tagħna u għalhekk il-ħajja tal-bdiewa tagħna, li jistħoqqilhom protezzjoni akbar. Dan huwa r-riżultat ta’ diskussjonijiet kostruttivi mal-partijiet ikkonċernati u mal-assoċjazzjonijiet kummerċjali. Hemm 11-il miljun bidwi fl-UE, li 47 % minnhom għandhom introjtu ferm inqas mill-medja Ewropea meta mqabbla ma’ setturi oħra. L-għan huwa li jinħolqu kundizzjonijiet tas-suq u għodod ġodda li jippermettugħajxien aktar ġust udeċenti għall-bdiewa. Il-Politika Agrikola Komuni futura għandha tmur lil hinn mill-propostippreżentati hawnhekk biexjiġi rrimedjat il-bilanċtal-poter bejn il-produtturi u l-ktajjen il-kbar tad-distribuzzjoni fl-interess ta’ agrikoltura aktar sostenibbli.”
Il-Patt Ewropew dwar l-Oċeani
Il-Kummissjoni Ewropea qed tħejji Patt Ewropew dwar l-Oċeani,li huwa previst li jiġi adottat sat-tieni kwart tal-2025. Il-membri tal-Kummissjoni NAT kellhom dibattitu esploratorju dwar Opinjonita’ prospettiva mmexxija minn Mätta Ivarsson (SE/Ħodor) li tenfasizza l-ħtieġa ta’ djalogu inklużiv mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-partijiet ikkonċernati biex tinħoloq leġiżlazzjoni komprensiva dwar l-oċeani. Il-membri tas-Sezzjoni NAT jissuġġerixxu li jitrawmu diskussjonijiet fost diversi atturi biex jissaħħaħ l-użu effettiv u sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar, filwaqt li jiġi enfasizzat ir-rwol kritiku tal-oċeani għall-komunitajiet kostali u l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet lokali. Huma jenfasizzaw l-importanza ta’ ekosistemi tal-baħar b’saħħithom għall-bijodiversità u l-għajxien, filwaqt li jippromwovu investimenti biex jissaħħaħ l-adattament lokali għall-isfidi ambjentali. Huma jappellaw ukoll għal valutazzjoni bir-reqqa tal-attivitajiet ekonomiċi u finanzjament iddedikat għar-riċerka u l-innovazzjoni biex tiġi appoġġata ekonomija blu sostenibbli filwaqt li jiġi indirizzat it-tilwim ġeostrateġiku li jaffettwa l-komunitajiet kostali.
Relatur Mätta Ivarsson (SE/Ħodor), membru tal-Kunsill tal-Kontea, reġjun ta' Skåne: “L-oċeani tagħna huma l-pedament ta’ industriji marittimi u komunitajiet kostali b’saħħithom, iżda jiffaċċjaw pressjonijiet bla preċedent. Hemm bżonn urġenti ta’ azzjoni kuraġġuża u deċiżiva biex jiġu protetti fil-limiti tal-pjaneta. Il-Patt tal-UE dwar l-Oċeani jipprovdi opportunità kritika biex tiġi indirizzata din il-kriżi li qed tikber. Aħna impenjati li naħdmu flimkien biex nagħmluha għodda b’saħħitha u effettiva għas-salvagwardja tal-futur tal-oċeani u r-reġjuni kostali tagħna.”
Informazzjoni ta' sfond:
L-Opinjoni dwar il-Patt Ewropew għall-Oċeani ser tiġi adottata matul is-sessjoni plenarja tal-KtR tat-2 u t-3 ta’ April.
Kemm il-forza tax-xogħol fil-qasam tal-kura tas-saħħa kif ukoll l-Opinjonijiet agroalimentari se jiġu adottati matul is-sessjoni plenarja tal-KtR tal-14-15 ta’ Mejju.
Il-kummissjonijiet ta’ politika tal-KtR bdew il-ħidma tagħhom fil-21 ta’ Frar fil-mandat il-ġdid ta’ ħames snin tal-istituzzjoni bl-elezzjoni ta’ presidenti u viċi presidenti ġodda. Aktar informazzjoni.
Bħala reazzjoni għall-protesti fil-farms u appoġġata mid-Djalogu Strateġiku dwar il-futur tal-agrikoltura, il-Kummissjoni Ewropeappubblikat il-propostileġiżlattivi tagħha biex issaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista agroalimentari u ssaħħaħ l-infurzar transfruntier kontra prattiki kummerċjali inġusti (UTPs) fil-11 ta’ Diċembru 2024.
Il-Patt Ewropew dwar l-Oċeani se jiġi adottat mill-Kummissjoni Ewropea sat-tieni kwart tal-2025.
helene.dressen@live.be
Poland
Membru
Councillor of the Kujawsko-Pomorskie Voivodeship
Italy
Membru
Regional Councillor, Regional Council of Puglia
Sweden
Membru
Member of County Council, Dalarna Region
Sweden
Sostitut/a
Member of County Council, Skåne Region