Missjoni
Il-Grupp ta’ Tmexxija ta’ Regolamentazzjoni Aħjar u Sussidjarjetà Attiva (Grupp BRASS) inħoloq permezz ta’ deċiżjoni tal-Bureau tal-KtR f’Ġunju 2022. Huwa jibni fuq il-Grupp ta’ Tmexxija dwar is-Sussidjarjetà preċedenti, u l-mandat tiegħu huwa li jissemplifika l-governanza tal-KtR fir-rigward ta’ regolamentazzjoni aħjar u li jmexxi u jikkoordina b’mod strateġiku l-attivitajiet tal-istrumenti għal regolamentazzjoni aħjar fi ħdan il-KtR.
Il-politika u l-attivitajiet tal-KtR dwar regolamentazzjoni aħjar jikkomplementaw ir-rwol tiegħu skont it-Trattat bħala l-gwardjan tas-sussidjarjetà u jħabirku biex jippromovu approċċ ibbażat fuq “sussidjarjetà attiva”. Dan ifisser il-promozzjoni ta’ involviment aktar b’saħħtu tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-teħid tad-deċiżjonijiet u t-tfassil tal-politika tal-UE, u b’hekk jikkontribwixxi għal politiki aktar effettivi, ibbażati fuq l-evidenza u bbażati fuq il-post li jirriflettu l-aspettattivi u l-ħtiġijiet taċ-ċittadini tal-UE.
Sett ta’ għodod tal-KtR għal regolamentazzjoni aħjar fi ħdan il-KtR
Il-Kumitat ipoġġi fil-prattika l-approċċ tas-sussidjarjetà attiva, u maż-żmien huwa żviluppa għadd ta’ għodod biex jikkontribwixxi għall-fażijiet kollha tat-tfassil tal-liġijiet u tal-politika. Tali sett ta’ għodod għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni permezz ta’ valutazzjonijiet tal-impatt aħjar, tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza, aktar trasparenza u involviment tal-partijiet ikkonċernati, u approċċ ċirkolari għal-leġiżlazzjoni tal-UE.
- Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà
- Network ta’ Ċentri Reġjonali (RegHub)
- Il-KtR fil-Pjattaforma tas-Simplifikazzjoni
- Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali (TIA)
- Verifika rurali
- Prospettiva strateġika
Ħarsa ġenerali lejn l-għodod tal-KtR għal regolamentazzjoni aħjar u l-kontribut tagħhom għall-aġenda tal-UE għal regolamentazzjoni aħjar tista’ tinstab fl-istudju “Charting the course to better EU law-making: optimisation of EU Treaties through inter-institutional cooperation with the European Committee of the Regions” [mhux disponibbli bil-Malti], (Settembru 2024). Ara l-link fil-qiegħ tal-paġna fit-taqsima Dokumenti.
Membri tal-Grupp BRASS għall-mandat tal-KtR 2025-2030
- Karin Müller (DE/PPE), President tal-Grupp BRASS u membru tal-Pjattaforma tas-Simplifikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea
- Luca Menesini (IT/PSE), għall-komponent tas-Sussidjarjetà
- Pär Löfstrand (SE/Renew Europe), membru tal-Pjattaforma tas-Simplifikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea
- Dagmar Škodová Parmová (CZ/KRE)/Matteo Luigi Bianchi (IT/KRE), għall-komponent tas-Sussidjarjetà
- René Jansen (NL/AE)/Kieran McCarthy (IE/AE), għall-komponent tas-Sussidjarjetà
- Niina Ratilainen (FI/il-Ħodor u l-Progressivi)/Dan Boyle (IE/il-Ħodor u l-Progressivi), għall-komponent tas-Sussidjarjetà
- Anne Karjalainen (FI/PSE), membru tal-Pjattaforma tas-Simplifikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea
- Vasco Alves Cordeiro (PT/PSE), President tal-COTER, għall-komponent tal-valutazzjoni tal-impatt territorjali
- Piotr Całbecki (PL/PPE), President tal-Kummissjoni NAT, għall-komponent tal-verifika rurali
- Jelena Drenjanin (SE/PPE), għall-komponent tal-prospettiva strateġika