Malta

F’din il-paġna

Delegazzjoni Nazzjonali ta’ Malta

Il-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni jinħatru mill-Ministru responsabbli għall-Gvern Lokali fuq il-parir tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali Malta, u jiġu eletti minn fost is-sindki u l-kunsilliera eletti f’Malta u Għawdex.

Ħatra tad-delegazzjoni

Il-Membri tal-Kumitat tar-Reġjuni jiġu maħtura mill-Ministru responsabbli għall-Gvern Lokali fuq il-parir tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali Malta, u jiġu eletti minn fost is-sindki u l-kunsilliera eletti f’Malta u Għawdex. L-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali Malta (LCA) ġiet stabbilita fl-1994 permezz ta’ liġi. L-għanijiet u l-interessi tal-Assoċjazzjoni jinsabu fir-rappreżentanza tal-kunsilli lokali kollha bil-għan li tipproteġi u tippromovi l-interessi komuni tagħhom, u biex tirrappreżenta lill-kunsilli lokali kollha f’Malta u barra, kif ukoll f’assoċjazzjonijiet internazzjonali tal-awtoritajiet tal-gvern lokali. L-LCA hija l-unika assoċjazzjoni nazzjonali li tirrappreżenta l-kunsilli lokali u reġjonali f’Malta.

L-Assoċjazzjoni hija korp ġuridiku li għandu personalità ġuridika distinta.

L-Assoċjazzjoni hija magħmula minn ħdax-il membru eżekuttiv. Il-Kumitat Eżekuttiv huwa assistit amministrattivament minn segretarju eżekuttiv full-time tal-Assoċjazzjoni.

Il-ħdax-il membru tal-Assoċjazzjoni huma eletti fuq il-prinċipju tar-rappreżentanza proporzjonali permezz ta’ vot wieħed trasferibbli, u ssir elezzjoni kull ħames snin. In-numru ta’ membri tal-Kumitat Eżekuttiv għandu jiżdied bin-numru ta’ membri li jkunu meħtieġa sabiex il-partit li jikseb aktar minn ħamsin fil-mija, jew l-akbar perċentwali, tal-voti validi kollha, kif ikun il-każ, ikollu membru wieħed aktar mit-total tal-kandidati l-oħra. Il-kunsilliera kollha fil-kariga jistgħu jiġu nominati biex jikkontestaw bħala kandidati fl-elezzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv. Ladarba eletti, il-membri tal-Kumitat huma obbligati jattendu l-laqgħat kollha tal-Kumitat.

Il-Kummissjoni Elettorali ta’ Malta hija responsabbli għall-proċess tal-elezzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Il-kunsilliera u s-sindki eletti kollha jeleġġu l-president tal-Assoċjazzjoni. Il-viċi presidenti tal-Kumitat Eżekuttiv jinħatru mill-Kumitat minn fost il-membri tiegħu. Il-membru li jkun kiseb il-maġġoranza tal-voti tal-membri tal-Kumitat jinħatar; l-istess proċedura tgħodd għall-ħatra tal-viċi president – affarijiet nazzjonali u internazzjonali.

Il-president, li huwa r-rappreżentant tal-Assoċjazzjoni, jippresiedi l-laqgħat kollha tal-Kumitat. Huwa wkoll responsabbli għas-superviżjoni tal-funzjonijiet kollha tal-Assoċjazzjoni. Barra minn hekk, ir-rappreżentazzjoni legali u ġudizzjarja tal-Assoċjazzjoni tingħata lill-president flimkien mas-segretarju eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni.

F’Malta hemm 54 kunsill lokali, u 14 oħra jinstabu fil-gżira ta’ Għawdex, li jtellgħu t-total tal-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex għal 68. L-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali jsiru fuq bażi ta’ rotazzjoni kull ħames snin, u n-numru ta’ kunsilliera eletti jkun proporzjonat għan-numru ta’ residenti li jgħixu f’lokalità partikolari – in-numru ta’ persuni eletti jkun dejjem fard, u l-persuna li tikseb l-ogħla numru tal-voti mill-partit li jirċievi l-ogħla numru ta’ voti, tiġi awtomatikament eletta bħala sindku.

President

Membri

Koordinaturi

  • Lianne CASSAR

    Executive Secretary Local Council's Association
    Telephone number +356 2596 8000
    Address

    Local Government Building
    Triq il-Gvern Lokali
    Marsa MRS3000
    Malta