Maħluq fi Frar 2016
Missjoni
Il-missjoni ta’ dan il-grupp interreġjonali hija li:
- jippromovi l-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Strateġija makroreġjonali għar-Reġjun tal-Karpazji;
- jippromovi l-bini u l-iżvilupp ta’ sħubijiet bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex tiġi żgurata integrazzjoni aktar profonda tal-komunitajiet tal-Karpazji u biex jiġu identifikati għanijiet u ħidmiet komuni;
- jimmobilizza lill-gvernijiet tal-istati tal-Karpazji biex jieħdu l-inizjattiva biex joħolqu Strateġija Makroreġjonali għar-Reġjun tal-Karpazji billi jagħmlu applikazzjoni formali lill-Kunsill Ewropew;
- jorganizza dibattiti, azzjonijiet u proġetti ma’ rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali miż-żewġ pajjiżi mhux tal-UE li jagħmlu parti mir-reġjun tal-Karpazji (is-Serbja u l-Ukrajna), bil-għan li jiġu inklużi fi “strateġija makroreġjonali għaż-żona tal-Karpazji” futura, peress li l-kooperazzjoni tagħhom hija marbuta mill-qrib mal-għanijiet tal-Unjoni Ewropea b’rabta mal-iżvilupp u s-sigurtà;
- jappoġġja d-djalogu mal-partijiet interessati tal-Istrateġija tad-Danubju sabiex tiġi żviluppata l-komplementarjetà tal-azzjonijiet meħuda fil-qafas tal-Istrateġija tad-Danubju u l-Istrateġija Makroreġjonali għar-Reġjun tal-Karpazji;
- jiżgura mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni bejn il-membri tal-KtR tar-reġjun tal-Karpazji sabiex jiġi ggarantit approċċ konġunt fi ħdan il-korpi kompetenti tal-KtR għal kwistjonijiet ta’ interess komuni marbuta mal-politiki tal-UE;
- jieħu azzjonijiet immirati lejn l-iżgurar tal-adeżjoni tal-UE bħala Parti għall-Konvenzjoni tal-Karpazji;
- jintensifika l-lobbying relatat mar-reġjun tal-Karpazji fil-livell tal-UE sabiex iħeġġeġ l-impenn politiku u jagħmel l-istrateġija makroreġjonali prijorità.