Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali

X’inhi valutazzjoni tal-impatt territorjali?

Il-biċċa l-kbira tal-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi implimentata fil-livell lokali u reġjonali. Skont il-karatteristiċi tal-inizjattivi, ċerti territorji sottonazzjonali jistgħu jibbenefikaw minn inizjattiva tal-UE mentri oħrajn jistgħu jintlaqtu b’mod negattiv.

L-għan ta’ valutazzjoni tal-impatt territorjali huwa li jiġu identifikati, valutati u indirizzati ex ante (jiġifieri sa mill-fażi tat-tfassil) l-impatti asimetriċi possibbli tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-UE fuq it-territorji differenti tal-UE.

X’jagħmel il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatt territorjali?

Il-KtR beda jaħdem fuq il-valutazzjoni tal-impatt territorjali fl-2013 meta adotta l-Opinjoni dwar il-“Valutazzjoni tal-impatti territorjali”.

Mill-2015 ’il hawn, il-KtR organizza madwar 30 sessjoni ta’ ħidma bil-għan li titwettaq verifika rapida tal-valutazzjoni tal-impatt territorjali dwar oqsma ta’ politika differenti (ara r-rapporti hawn taħt).

Fi Frar 2023, il-KtR ġedded l-Istrateġija għall-Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali tiegħu, b’enfasi fuq żewġ objettivi ewlenin:

  • li tipprovdi analiżi u informazzjoni rilevanti lir-relaturi tal-KtR li jistgħu jintużaw sabiex tittejjeb il-perspettiva territorjali tal-Opinjonijiet tal-KtR;
  • li tippromovi l-valutazzjoni tal-impatt territorjali fost l-istituzzjonijiet Ewropej bħala element importanti għal Regolamentazzjoni Aħjar.

Dokumenti