Network tal-Kunsilliera Lokali tal-UE

In-Network tal-Kunsilliera Lokali tal-UE jlaqqa’ flimkien rappreżentanti eletti lokali u reġjonali f’alleanza innovattiva mal-istituzzjonijiet tal-UE biex jinforma liċ-ċittadini dwar il-ħidma tal-Unjoni Ewropea.

©European Union 2025

F’din il-paġna

Dwar in-network

In-network huwa miftuħ għar-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali mill-Ewropa kollha li jimpenjaw ruħhom li jaqsmu mal-kostitwenti tagħhom dak li l-UE qed tagħmel għalihom u li jħeġġu liċ-ċittadini jinvolvu ruħhom fil-proġett Ewropew.

Il-membri jirċievu aċċess privileġġat għal firxa ta’ servizzi u prodotti ddedikati li jistgħu jużaw għall-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tagħhom fuq il-post, għan-networking u għall-kondiviżjoni tal-għarfien u l-esperjenza ma’ kunsilliera lokali oħra tal-UE msieħba fin-network. 

B’aktar minn 3000 membru fil-pajjiżi kollha tal-UE, in-network jitmexxa b’mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, wara l-fużjoni tan-networks rispettivi tagħhom, jiġifieri n-network Nibnu l-Ewropa flimkien mal-Kunsilliera Lokali u n-Network Ewropew ta’ Kunsilliera Reġjonali u Lokali.

Sir membru tan-Network tal-Kunsilliera Lokali tal-UE!

Dokumenti