Applikazzjoni għall-apparati mobbli

F’din il-paġna

Permezz tal-app għall-apparati mobbli tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) tistgħu tirċievu notifiki f’ħin reali dwar aħbarijiet, avvenimenti u Opinjonijiet dwar is-suġġetti preferuti tagħkom. Fi triqtkom bejn laqgħa u oħra tistgħu tissejvjaw l-artikli favoriti tagħkom u tikkondividu l-kontenut permezz tal-media soċjali u mezzi oħrajn.

Tistgħu ssibu wkoll dettalji dwar il-membri u s-sostituti kollha tal-KtR, inklużi l-President, l-ewwel Viċi President, il-presidenti tal-gruppi politiċi u l-presidenti tal-kummissjonijiet, kif ukoll l-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom. Skopru liema reġjuni jirrappreżentaw u aqraw l-Opinjonijiet kollha li bihom influwenzaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE.

Niżżel l-applikazzjoni għall-apparati mobbli tal-KtR

iPhone® u App Store® huma trademarks ta’ Apple Inc. IOS hija trademark jew trademark irreġistrata ta’ Cisco fl-Istati Uniti u f’pajjiżi oħra u tintuża taħt liċenzja. Google Play u l-logo ta’ Google Play huma trademarks ta’ Google LLC

Aqra d-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà tal-applikazzjoni għall-apparati mobbli.