F’din il-paġna

Id-diskors dwar l-istat tar-reġjuni u l-bliet 

Il-mexxejja tal-UE ma jistgħux jibqgħu jappellaw biex l-Ewropa tkun eqreb taċ-ċittadini jekk ikomplu jindirizzaw il-kwistjoni billi jiffukaw fuq l-ogħla livelli biss. Jeħtieġ li nibdew fil-komunitajiet lokali u fir-reġjuni tagħna.
Il-President Cordeiro

Fis-7 ta’ Ottubru 2024, il-Kumitat tar-Reġjuni ppubblika r-Rapport Annwali tal-UE tiegħu dwar l-Istat tar-Reġjuni u l-Bliet, li jagħti stampa tal-aktar sfidi urġenti li jiffaċċjaw ir-reġjuni u l-bliet fl-Ewropa, u jippreżenta soluzzjonijiet minn fuq il-post bil-għan li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ta’ politika tal-UE.

Ir-Rapport jipprovdi informazzjoni siewja dwar is-soluzzjonijiet adottati mir-reġjuni u l-bliet fl-Ewropa biex isawru l-futur. 

Il-punti ewlenin tar-Rapport Annwali tal-UE għall-2024 

Skopri l-10 fatti u ċifri interattivi mir-Rapport Annwali tal-UE għall-2024 dwar l-istat tar-reġjuni u l-bliet. Kun af li l-istorja diġitali hija disponibbli biss bl-Ingliż.  

Nifhmu l-Ewropa mill-perspettiva lokali u reġjonali

Abbażi ta’ studji oriġinali kkummissjonati mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, kif ukoll abbażi ta’ riċerka akkademika, kontributi minn istituzzjonijiet Ewropej oħra u dokumentazzjoni b’sors miftuħ, dan ir-Rapport jipprovdi fatti u data għal dawk li jfasslu l-politika u għall-partijiet ikkonċernati rilevanti. Is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin ġew riflessi fid-diskors annwali dwar l-Istat tar-Reġjuni u l-Bliet fl-Unjoni Ewropea, tal-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Vasco Alves Cordeiro, fis-7 ta’ Ottubru 2024.

Ir-Rapport ta’ din is-sena, ippubblikat fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, jiffoka fuq soluzzjonijiet u ideat għall-futur tal-Ewropa u jikkonsisti fi pjan ta’ azzjoni għal Unjoni Ewropea eqreb, aktar b’saħħitha, aktar koeżiva u ambizzjuża. Apparti li juri biċ-ċar l-importanza tar-reġjuni u l-bliet u l-aktar sfidi urġenti li jiffaċċjaw, joffri wkoll rakkomandazzjonijiet dwar it-talbiet tagħhom u dwar x’jistgħu jagħmlu. 

Ir-Rapport iħares ’il quddiem, u jipprovdi gwida ta’ prospettiva fil-bidu tal-mandat il-ġdid tal-istituzzjonijiet tal-UE.

Studji u pubblikazzjonijiet

Dokumenti

Multimedia

Ritratti

Konferenza stampa tal-President tal-KtR mal-Kummissarju Elisa Ferreira

Il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet – sessjoni inawgurali