Aħbarijiet

Allert dwar il-Finanzjament tal-Patt Ekoloġiku – April 2024

F’din il-paġna

  • Politika tal-UE dwar l-enerġija
  • Patt Ekoloġiku Ewropew

Din hija l-aħħar edizzjoni tal-Allert dwar il-Finanzjament tal-Patt Ekoloġiku, bullettin ta’ kull xahar b’informazzjoni dwar l-opportunitajiet u l-inizjattivi ta’ finanzjament li jappoġġjaw l-iżvilupp sostenibbli u t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. Din l-edizzjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif tista’ tikkontribwixxi għat-tfassil tal-appoġġ ta’ NetZeroCities għal bliet ambizzjużi fir-rigward tal-klima, tospita avveniment dwar il-politika ta’ koeżjoni u tirċievi appoġġ finanzjarju għal proġetti ta’ tranżizzjoni tal-enerġija jew pjani ta’ adattament. Kompli aqra biex issir taf kif tista’ tibbenefika minn dawn l-inizjattivi!

1.Ikkontribwixxi għat-tfassil tal-appoġġ għall-klima tal-Pjattaforma tal-Missjoni – Imla l-istħarriġ

Il-Pjattaforma tal-Missjoni, li hija ġestita mill-Konsorzju NetZeroCities, tgħin lill-bliet jiksbu l-objettivi klimatiċi tagħhom billi toffri pariri u appoġġ immirati. Dan jinkludi esperimenti ta’ innovazzjoni strateġika, l-isfruttar tal-ekosistemi lokali u t-trawwim ta’ konnessjonijiet ma’ diversi livelli ta’ gvern. Biex tifhem aħjar il-ħtiġijiet tal-bliet u tipprovdi appoġġ imfassal apposta, il-Pjattaforma tal-Missjoni żviluppat stħarriġ għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet.

Għin fit-tfassil tal-appoġġ offrut minn NetZeroCities billi timla l-istħarriġ.

L-istħarriġ se jibqa’ miftuħ sas-17 ta' Mejju 2024.

Hawnhekk tista’ ssib deskrizzjoni dettaljata tad-diversi forom ta’ appoġġ disponibbli permezz tal-programm ta’ NetZeroCities għall-bliet li mhumiex parti mill-Missjoni.

2.Forum tal-Bliet 2025 – Is-sejħiet għall-belt ospitanti issa nfetħu

Interessat/a tospita jew tikkoorganizza avveniment dwar il-politika ta’ koeżjoni tal-UE fil-belt tiegħek?

Il-Forum tal-Bliet huwa avveniment organizzat mid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana tal-Kummissjoni Ewropea (DĠ REGIO) u jiffoka fuq id-dimensjoni urbana tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE. Is-sitt Forum tal-Bliet se jsir f’Ġunju 2025, u se jlaqqa’ lil grupp varjat ta’ partijiet interessati, benefiċjajri, dawk li jfasslu l-politika urbana u dawk li jaħdmu f’dan il-qasam f’avveniment interattiv ta’ jumejn jew tliet ijiem dwar l-iżvilupp urban sostenibbli fl-Ewropa. L-avveniment se jiġi organizzat u ffinanzjat mill-Inizjattiva Urbana Ewropea, però huwa mistenni kontribut mill-belt ospitanti.

Sir af aktar dwar l-avveniment fis-sit web u d-dokument ta’ sfond għall-applikanti. Għal aktar informazzjoni dwar is-sejħa, jekk jogħġbok ikkuntattja lil communication@urban-initiative.eu.

Is-sejħiet għall-applikazzjonijiet huma miftuħasat-13 ta’ Mejju 2024, 14:00 CEST.

3.Azzjonijiet Innovattivi tal-Inizjattiva Urbana Ewropea – it-tielet sejħa għal proposti

It-tielet sejħa għal proposti organizzata mill-Inizjattiva Urbana Ewropea – Azzjonijiet Innovattivi għandha l-għan li tidentifika proġetti innovattivi li jiffukaw fuq it-tranżizzjoni u t-teknoloġija tal-enerġija fil-bliet. Kull proġett jista’ jirċievi sa EUR 5 miljun f’kofinanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). Il-proġett irid ikun lest fi żmien tliet snin u nofs.

Is-sejħa għal proposti tiftaħ f’Mejju 2024.

Is-sejħa għal proposti se titnieda hawnhekk.

4.L-ewwel sejħa miftuħa tal-Pathways2Resilience – estensjoni tal-iskadenza

Din hija tfakkira li għadhom qed jiġu aċċettati applikazzjonijiet għall-ewwel sejħa miftuħa tal-Pathways2Resilience (P2R).

L-għan tal-P2R huwa li tipprovdi lil 40 reġjun u komunità b’appoġġ finanzjarju sa mhux aktar minn EUR 210 000 permezz ta’ ftehimiet ta’ sottogħotjiet għal proġetti trasformattivi b’durata massima ta’ 18-il xahar. Ir-reġjuni u l-komunitajiet se jiġu assisti biex jiżviluppaw pjani ta’ adattament effettivi u trasformattivi. Aktar informazzjoni hija disponibbli hawnhekk.

Skadenza estiża sas-6 ta’ Mejju 2024, 12:00 CET.

Għandek xi mistoqsijiet?

Jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim tagħna tal-Patt Ekoloġiku fuqgreendeal@cor.europa.eu. Jinsabu lesti biex jgħinuk.

Jekk tlift l-edizzjoni tax-xahar li għadda tal-Allert dwar il-Finanzjament, tista’ ssibha hawnhekk.

Biex ma titlifx l-edizzjonijiet futuri tal-Allert dwar il-Finanzjament tal-Patt Ekoloġiku, abbona għall-bullettin dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali.

Is-segretarjat tal-kampanja tal-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali