Il-Kummissjoni ENVE tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni twissi li l-istruttura proposta għall-baġit fit-tul li jmiss tal-UE tinvolvi r-riskju ta’ greenwashing, id-dgħufija tat-twettiq tal-miri klimatiċi…
Bħala parti mill-Ġimgħa Ekoloġika tal-UE, iċ-ċerimonja annwali tal-għoti tal-premjijiet LIFE fit-3 ta’ Ġunju ppremjat proġetti ffinanzjati mill-UE li juru eċċellenza fil-konservazzjoni tan-natura, iċ-ċirkolarità u r-reżiljenza għall-klima. Il-programm LIFE huwa l-istrument ta’ finanzjament tal-UE għall-ambjent u l-azzjoni klimatika.
Il-President tal-Kummissjoni ENVE tal-KtR Kostas Bakoyannis (EL/PPE), membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Ateni, irrappreżenta l-bliet u r-reġjuni tal-UE fil-ġurija tal-premjijiet LIFE u fiċ-ċerimonja miftuħa minn Jessika Roswall, Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, ir-Reżiljenza tal-Ilma u Ekonomija Ċirkolari Kompetittiva.
Huwa ppreżenta l-premju LIFE dwar l-Ekonomija Ċirkolari u l-Kwalità li ġie mgħoddi lill-proġett LIFEPOPWAT, li ppilota teknoloġija ġdida bbażata fuq in-natura biex jitneħħew is-sustanzi kimiċi perikolużi magħmula mill-bniedem mill-ilma kkontaminat fiċ-Ċekja u fil-Polonja.
Is-Sur Bakoyannis feraħ lir-rebbieħa tal-kategoriji kollha, u qal: “Kont kuntent li rrappreżentajt lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni bħala membru tal-ġurija għall-premjijiet annwali LIFE. Il-programm LIFE jipprovdi fondi biex jappoġġja l-ħidma essenzjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Dawn il-premjijiet jagħtu rikonoxximent lill-aħjar proġetti LIFE fl-UE, filwaqt li jenfasizzaw l-aħjar prattiki li spiss jistgħu jiġu replikati f’oqsma oħra jew iservu bħala sorsi ta’ ispirazzjoni. Ir-rebbieħa ta’ din is-sena ffukaw fuq l-indirizzar ta’ kwistjonijiet li huma essenzjali għall-benesseri tal-komunitajiet lokali tagħna”.
Aqra aktar: Rebbieħa u finalisti tal-Premjijiet LIFE 2025