Theresa Sostmann
theresa.sostmann@cor.europa.eu
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Kata Tüttő, u r-relatur tal-KtR dwar l-industrija tad-difiża Ewropea u l-President ta’ Murcia, Fernando Lopez Miras, laqgħu l-White Paper dwar id-Difiża, ippubblikata llum mill-Kummissjoni Ewropea. Huma enfasizzaw ir-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għas-sikurezza u r-reżiljenza tal-Ewropa kif ukoll il-kontribut ipprovdut mill-Politika ta’ Koeżjoni fit-twassil tas-sigurtà għaċ-ċittadini kollha, filwaqt li indikaw li l-objettiv tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ difiża tal-Ewropa jirrikjedi riżorsi addizzjonali xierqa.
Kata Tüttő (HU/PSE), President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, qalet: “Nilqa’ l-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-Difiża, li ġustament tirrikonoxxi li l-Politika ta’ Koeżjoni diġà hija pilastru tas-sigurtà Ewropea – ferm lil hinn mid-difiża militari. Ir-reżiljenza vera tiddependi fuq reġjuni koeżivi b’saħħithom: ekonomikament, soċjalment, ambjentalment u istituzzjonalment. Ewropa b’saħħitha trid tkun b’saħħitha kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa, u tiżgura li s-sigurtà tal-Ewropa ma tkunx tista’ tiġi askapitu tal-koeżjoni territorjali u soċjali tagħha. Issa huwa kruċjali li jiġu żgurati riżorsi ġodda għad-difiża u r-reżiljenza, aktar milli jiġu ddevjati l-fondi ta’ koeżjoni eżistenti.”
Fernando Lopez Miras (ES/PPE), President ta’ Murcia u relatur tal-KtR dwar l-Opinjoni dwar “Industrija Ewropea tad-Difiża b’Saħħitha”, qal: “Aħna lkoll meħtieġa biex nilħqu l-livell ta’ tħejjija u rispons għall-isfidi tas-sigurtà u d-difiża tal-UE. U r-reġjuni jistgħu jgħinu. Skont il-kompetenzi u l-kapaċitajiet tagħna, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, ir-reġjuni jistgħu u jridu jagħtu kontribut sinifikanti, filwaqt li jassumu s-sehem tagħna ta’ din ir-responsabbiltà strateġika: l-espansjoni u t-tisħiħ tal-ekosistema tad-difiża, il-ħidma għall-ħiliet biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-industrija, il-promozzjoni tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti fi ħdan il-ktajjen tal-valur Ewropej, u s-sensibilizzazzjoni mal-industrija u ċ-ċittadini. Il-programmi futuri tad-difiża tal-UE jridu jinvolvu lir-reġjuni fl-isforzi biex tissaħħaħ l-ekosistema tal-industrija tad-difiża tal-UE.”
Il-Kuntatt
Theresa Sostmann
Tel: +32475999415
theresa.sostmann@cor.europa.eu
Hungary
Membru
Member of the General Assembly of Budapest Capital