Ângela Machado
angela.machado@cor.europa.eu
Ir-rwol vitali tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) fl-ixprunar tal-kompetittività Ewropea u t-tisħiħ tal-benesseri taċ-ċittadini kien il-fokus ta’ sessjoni ta’ ħidma bit-titolu “Insawru l-Futur Kompetittiv tal-UE mar-Riċerka u l-Innovazzjoni; Nabilitaw lill-Komunitajiet biex Jgħixu Aħjar” li saret fit-8 ta’ Ottubru bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet (EWRC).
Id-diskussjoni enfasizzat kif it-tkabbir tal-UE fl-2004 ta spinta lill-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni u saħħaħ ir-riformi. Orizzont Ewropa u l-fondi ta’ koeżjoni kellhom rwoli ewlenin, b’allokazzjonijiet sinifikanti. L-isfruttament tal-finanzjament disponibbli għar-riċerka u l-innovazzjoni huwa kruċjali għall-prosperità reġjonali.
Organizzat taħt il-proġett tal-Pjattaforma għall-Iskambju tal-Għarfien (KEP 2.0), il-workshop wera s-suċċessi lokali miksuba permezz tal-finanzjament tal-UE, evalwa l-programmi qafas tal-passat, u esplora opportunitajiet għal titjib u sinerġiji. Is-sessjoni pprovdiet għarfien konkret minn 20 sena mit-tkabbir tal-UE u l-40 sena mill-ewwelprogramm qafas.
Il-parteċipanti qabbdu kelliema b’mistoqsijiet ewlenin, bħal: Il-programmi Ewropej (fondi ta’ koeżjoni u programmi qafas) kif ikkontribwew s’issa biex jitnaqqas id-distakk fl-innovazzjoni? X’inhuma l-aspettattivi ewlenin u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-awtoritajiet lokali għall-programm qafas li jmiss?
Preżenti għall-panel kien hemm: Il-membru tal-KtR Kata Tüttő, viċi sindku ta’ Budapest, viċi president tal-Kummissjoni ENVE u tal-Grupp PSE; David Uhl íř, rappreżentant tal-Aġenzija għall-Innovazzjoni tal-Moravja tan-Nofsinhar; u Francesca Doria, viċi kap tal-unità fid-DĠ R&I. Il-moderatur kien Magda de Carli, viċi direttur fid-DĠ R&I.
Kata Tutto (HU/PSE), membru tal-KtR u viċi sindku ta’ Budapest: “Meta nitkellmu dwar l-innovazzjoni, għandna naħsbu wkoll fil-qasam soċjali u d-demokrazija. Għalkemm in-nies qed jinvolvu ruħhom dejjem inqas fil-politika, il-fiduċja fil-gvern lokali għadha hemm. Għalhekk, għandna nħeġġu liċ-ċittadini, l-aktar liż-żgħażagħ, biex jipparteċipaw fil-politika".
angela.machado@cor.europa.eu
Hungary
Membru
Member of the General Assembly of Budapest Capital