Rwol
Il-Grupp ta’ Ħidma jimmonitorja l-iżviluppi fl-Ukrajna b’attenzjoni partikolari għall-integrazzjoni Ewropea tal-pajjiż, ir-riforma tad-deċentralizzazzjoni, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-issodisfar tal-kundizzjonijiet għas-sħubija futura fl-UE u l-allinjament mal-acquis tal-UE. Il-Grupp jista’ wkoll jagħti pariri lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Ukreni fl-isforz tagħhom biex jindirizzaw il-konsegwenzi tal-invażjoni Russa, kif ukoll biex jirkupraw u jirriformaw.
Kompożizzjoni
Is-Sinjura Antje Grotheer (DE/PSE, President tal-Parlament tal-Land ta’ Bremen) qed tippresiedi l-Grupp ta’ Ħidma, li huwa magħmul minn 13-il membru tal-KtR (u osservatur wieħed) li jistgħu jiġu sostitwiti minn 13-il membru/sostitut ieħor. Ara min huma l-membri tal-Grupp ta’ Ħidma.
Laqgħat
Il-Grupp ta’ Ħidma jiltaqa’ darbtejn f’sena, darba fi Brussell fil-qafas tal-avveniment ta’ Jum it-Tkabbir u darba fl-Ukrajna.