L-involviment tal-KtR fil-Patt tas-Sindki

Il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija huwa inizjattiva li tlaqqa’ flimkien eluf ta’ mexxejja lokali li jixtiequ jiżguraw futur aħjar għaċ-ċittadini tagħhom. Billi jissieħbu fl-inizjattiva, huma jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw l-objettivi tal-UE dwar il-klima u l-enerġija fil-bliet u l-irħula tagħhom.

European Union, 2021 / ©venimo – stock.adobe.com

F’din il-paġna

L-inizjattiva

Il-Patt tas-Sindki tnieda fl-2008 fl-UE. Illum il-ġurnata, l-inizjattiva tinvolvi aktar minn 11 000 gvern lokali. L-inizjattiva introduċiet għall-ewwel darba approċċ minn isfel għal fuq għall-azzjoni dwar l-enerġija u l-klima, u s-suċċess tagħha malajr sebaq kull aspettattiva.

Permezz tal-Uffiċċju tal-Patt tas-Sindki fi Brussell, il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi appoġġ tekniku u linji gwida dwar l-istrumenti finanzjarji għall-bliet u r-reġjuni li jixtiequ jistabbilixxu pjani ta’ azzjoni dwar l-enerġija sostenibbli u l-klima.

Ir-rwol tal-KtR fl-inizjattiva – Bord politiku

Il-Patt tas-Sindki huwa mmexxi minn bord politiku magħmul minn sindki u mexxejja lokali oħra. Il-membri tal-bord jiltaqgħu regolarment u jiġu mistiedna jipparteċipaw f’diskussjonijiet mal-mexxejja tal-istituzzjonijiet tal-UE dwar kif jistgħu javvanzaw l-azzjonijiet lokali dwar l-enerġija u l-klima.

Il-KtR huwa rrappreżentat uffiċjalment fil-bord politiku minn żewġ membri: il-President tal-KtR, Kata Tüttő (HU/PSE), u Rafał Trzaskowski (PL/PPE).

Ir-rwol tal-ambaxxaturi nazzjonali tal-Patt tas-Sindki tal-KtR

Fl-2021, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni stabbilixxa l-Kamra tal-Ambaxxaturi Nazzjonali tal-Patt tas-Sindki, magħmula minn 27 membru (wieħed għal kull Stat Membru) li jaġixxu bħala ambaxxaturi nazzjonali tal-Patt tas-Sindki.

L-għan primarju tal-ambaxxaturi nazzjonali huwa li japprovaw u jsaħħu l-inizjattiva f’kull Stat Membru, li jieħdu sehem f’attivitajiet speċifiċi għall-pajjiż u li jsaħħu r-rabtiet u l-kooperazzjoni mal-Membri tal-Parlament Ewropew u mal-gvernijiet nazzjonali. Il-Kamra tal-Ambaxxaturi Nazzjonali għandha wkoll l-għan li tistabbilixxi kuntatt mal-bliet u l-muniċipalitajiet li jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ tekniku u gwida finanzjarja u jsiru aġenti attivi fit-twettiq tal-azzjoni klimatika.

L-involviment fil-komunità tal-Patt tal-UE

Il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija huwa miftuħ għall-awtoritajiet lokali kollha kostitwiti demokratikament li jikkonsistu minn rappreżentanti eletti, irrispettivament mid-daqs tagħhom jew l-istadju ta’ implimentazzjoni tal-politiki tagħhom dwar l-enerġija u l-klima.

Dokumenti