Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali

Il-kisba tan-newtralità klimatika b’mod li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura
Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali huwa inizjattiva ewlenija tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni li għandha l-għan li tqiegħed il-bliet u r-reġjuni fil-qalba tat-tranżizzjoni tal-UE lejn in-newtralità klimatika. L-inizjattiva tal-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali hija marbuta mal-prijorità ta’ reżiljenza tal-KtR u hija kampanja ta’ impenn politiku u ta’ komunikazzjoni li ilha għaddejja mill-2020. Tinkludi wkoll grupp ta’ ħidma politiku, magħmul minn erbatax-il mexxej fil-livell lokali u reġjonali u ppresedut minn Markku Markkula (FI/PPE), Kunsillier tal-Belt ta’ Espoo. Il-bliet u r-reġjuni għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom sett ta’ għodod ta’ komunikazzjoni u ta’ involviment li jappoġġjahom fit-tranżizzjoni ekoloġika tagħhom.

© wenimo | stock.adobe.com

F’din il-paġna

Inizjattivi

Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali huwa inizjattiva ewlenija tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni li għandha l-għan li tqiegħed il-bliet u r-reġjuni fil-qalba tat-tranżizzjoni tal-UE lejn in-newtralità klimatika.

Din l-inizjattiva hija marbuta mal-prijorità ta’ reżiljenza tal-KtR u hija kampanja ta’ impenn politiku u ta’ komunikazzjoni li ilha għaddejja mill-2020. Tinkludi wkoll grupp ta’ ħidma politiku, magħmul minn erbatax-il mexxej fil-livell lokali u reġjonali u ppresedut minn Markku Markkula (FI/PPE), Kunsillier tal-Belt ta’ Espoo. Il-bliet u r-reġjuni għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom sett ta’ għodod ta’ komunikazzjoni u ta’ involviment li jappoġġjahom fit-tranżizzjoni ekoloġika tagħhom. 

Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali, l-ewwel u qabel kollox, huwa maħsub biex jimmobilizza u jinvolvi lill-membri tal-KtR, lill-parteċipanti tal-Programm Politiċi Eletti Żgħażagħ u lill-membri tan-Network tal-Kunsilliera Lokali tal-UE, u jipprovdilhom informazzjoni diretta sabiex ikunu jistgħu jħaffu t-tranżizzjoni ekoloġika fil-livell lokali. Huwa mmirat ukoll lejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE, kif ukoll lejn il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati, l-assoċjazzjonijiet territorjali Ewropej u nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet tal-komunità u l-NGOs li huma lesti jikkontribwixxu biex jaċċelleraw it-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika.

L-għanijiet tagħna

L-ambizzjonijiet tal-UE dwar il-klima u l-enerġija, speċjalment l-isforzi biex jiġu żgurati sorsi tal-enerġija affordabbli u aktar sostenibbli, qed isiru elementi ewlenin biex tiġi ppreservata l-kompetittività ekonomika tal-UE, u biex b’hekk din issir prijorità ewlenija għall-Ewropa. 

Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali huwa l-inizjattiva ewlenija tal-KtR biex insaħħu l-ħidma tagħna fir-rigward ta’ aġenda ġdida ta’ tranżizzjoni ekoloġika li tkun aktar flessibbli u aktar lesta biex twieġeb għall-ħtiġijiet tal-Ewropa f’ambjent li qed jinbidel. Din l-aġenda mġedda trawwem il-kompetittività sostenibbli u l-awtonomija strateġika, teqred l-inugwaljanzi soċjali u tisfrutta aktar il-potenzjal tal-innovazzjoni ekoloġika fi ħdan il-limiti planetarji u, fl-istess ħin, tqiegħed ir-reġjuni u l-bliet, u l-kuntesti u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, fil-qalba tagħha. 

L-għanijiet strateġiċi tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali huma li:

  • isaħħaħ il-kollaborazzjoni f’oqsma ta’ politika differenti u japplika approċċ olistiku għall-bidliet fil-ħidma tal-KtR;
  • jipprovdi perspettiva fit-tul u jinkludi l-prospettiva strateġika fil-ħidma tal-KtR;
  • jaħdem bħala pjattaforma għat-tmexxija tal-ħidma tal-KtR dwar l-aġenda ekoloġika globali;
  • jiġbor f’daqqa l-inizjattivi ekoloġiċi differenti tal-UE għall-bliet u r-reġjuni;
  • imexxi l-isforzi ta’ komunikazzjoni u ta’ involviment fil-qasam tat-tranżizzjoni ekoloġika u jindirizza wkoll il-miżinformazzjoni.

Ħu azzjoni: kull pass jgħodd

Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali huwa sejħa miftuħa lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE kollha biex jieħdu azzjoni u jgħinu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-UE, peress li dan jagħmel sens minn perspettiva ambjentali, ekonomika u soċjali.

It-tibdil fil-klima huwa problema globali li teħtieġ soluzzjonijiet lokali. Il-bliet u r-reġjuni jinsabu fuq quddiem nett tat-tibdil fil-klima. Huma wkoll fuq quddiem nett tas-soluzzjonijiet klimatiċi. Kuljum, il-komunitajiet lokali jagħtu xhieda tal-isforzi bla waqfien tagħhom biex itaffu l-impatti tat-tisħin globali u jibnu r-reżiljenza. Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali jservi wkoll biex juri x’qed jagħmlu l-bliet u r-reġjuni biex jaċċelleraw it-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. 

Irridu nkunu sors ta’ ispirazzjoni biex jiġu replikati l-inizjattivi. L-għan tagħna huwa li nħeġġu l-aċċellerazzjoni tal-proċess. Kull pass jgħodd.

Inizjattivi ewlenin 

Fil-qafas tal-inizjattiva tal-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali, il-Kummissjoni ENVE tippromovi aktar involviment politiku permezz tal-iskemi tal-ambaxxaturi fi ħdan żewġ inizjattivi ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea: il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija u l-Patt Klimatiku Ewropew.

Ambaxxaturi tal-Patt tas-Sindki

Il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija huwa l-akbar inizjattiva fid-dinja dwar it-tmexxija lokali fil-qasam tal-klima. Fl-Ewropa, is-27 membru tal-KtR jaqdu r-rwol ta’ ambaxxaturi nazzjonali biex jippromovu l-inizjattiva f’kull Stat Membru tal-UE. Barra minn hekk, il-membri tal-ENVE jirrappreżentaw lill-KtR fil-Bordijiet Politiċi tal-Patt fil-livell Ewropew u globali.

Ambaxxaturi tal-Patt Klimatiku

Il-Kummissjoni ENVE taqdi rwol ewlieni fil-Patt Klimatiku Ewropew, billi tixpruna l-azzjoni lokali u l-impenn taċ-ċittadini fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u biex l-Ewropa ssir aktar sostenibbli. Il-membri tal-KtR huma mistiedna jissieħbu f’din l-inizjattiva bħala Ambaxxaturi tal-Patt Klimatiku tal-KtR. Permezz ta’ dan in-network, il-KtR jappoġġja lill-Ambaxxaturi biex jospitaw avvenimenti lokali ta’ sensibilizzazzjoni, jaqsmu l-għarfien u jħaffu l-azzjoni klimatika fil-livell lokali. Il-membri kollha tal-KtR huma mistiedna jsiru Ambaxxaturi tal-Patt Klimatiku.  

Tniġġis Żero fil-Livell Lokali

Il-Kummissjoni ENVE hija responsabbli, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, għall-ġestjoni konġunta tal-Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b’rabta mat-Tniġġis Żero. Il-Pjattaforma, li tnediet fl-2021, hija kopreseduta mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kumitat tar-Reġjuni (KtR). Twaqqfet biex tgħin fil-kisba tal-ambizzjoni ta’ tniġġis żero fi djalogu ma’ atturi minn komunitajiet u oqsma ta’ għarfien espert differenti, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Multimedia

Podcasts

#6 European Citizens Ask – Bliet ekoloġiċi ma’ Niina Ratilainen

Dokumenti