Malta
Mario FAVA
Membru
President tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali
Ir-residenti u l-benesseri tagħhom jinsabu fil-qalba ta’ dan il-proġett. Is-saħħa mentali u fiżika tal-iżjed persuni vulnerabbli tinsab fil-quċċata tal-prijoritajiet. Permezz tal-proġett Slow Streets, l-anzjani u l-persuni b’diżabilità jistgħu jgawdu passiġġati qosra fl-irħula sbieħ u storiċi ta’ Malta.
Permezz tal-proġett Slow Streets, Malta qed tadatta l-kunċett tal-ispazju pubbliku u l-mobbiltà sabiex trodd lura l-ħajja ta’ kuljum lil-lokalitajiet. Il-pjan ta’ azzjoni żviluppat se jagħmilha possibbli li wieħed jivvjaġġa b’mod aktar faċli u sikur, b’mezzi tat-trasport sostenibbli u tajbin għas-saħħa li jkunu ta’ benefiċċju għal kulħadd. Il-proġett, li ġie żviluppat mill-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali, inkluda aktar minn 50 lokalità f’Malta u Għawdex li ġew ikkonsultati flimkien mal-partijiet interessati ewlenin fil-lokalitajiet rispettivi.
Dan il-pjan ta’ azzjoni għandu l-għan li jiżgura li din il-mobbiltà tkun sikura, sostenibbli, tajba għas-saħħa u effiċjenti. Il-mixi u l-użu tar-rota għal distanzi qosra u medji se jkomplu jkunu l-mezzi ewlenin rakkomandati ta’ vjaġġar. Huwa rrakkomandat ukoll l-ivvjaġġar bit-trasport pubbliku. Il-proġett Slow Streets huwa intiż biex jipprovdi aktar spazju pubbliku miftuħ bla ħlas u mingħajr xkiel u jagħti prijorità lill-persuni bil-mixi u lir-roti għall-ivvjaġġar essenzjali; għalkemm l-eżerċizzju fuq barra, l-attivitajiet rikreattivi u l-logħob huma mħeġġa, dawn l-ispazji m’għandhomx isiru postijiet għal ġemgħat pubbliċi.
L-eżerċizzju fiżiku fil-lokalitajiet ta’ Malta huwa possibbli bis-saħħa ta’ ċirkwit sikur fil-lokalità li jgħaqqad il-ġonna, l-ispazji mħaddra, l-inħawi rurali u l-ispazji miftuħa. Rotta ta’ prijorità għaċ-ċikliżmu li tgħaqqad il-lokalitajiet ġirien, iċ-ċentri tax-xiri, in-networks tal-karozzi tal-linja u l-postijiet ta’ divertiment se twassal għal bidla lejn mezzi tat-trasport aktar nodfa u sostenibbli.
Is-saħħa pubblika tista’ tiġi protetta billi jiġu allokati rotot tal-mixi u taċ-ċikliżmu temporanji li jippermettu vjaġġar u eżerċizzju sikuri u bi tbegħid fiżiku għal kulħadd fil-lokalitajiet fejn hemm spazji pubbliċi limitati.
Malta
Membru
President tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali
Il-Kummissjoni ENVE taħdem f’oqsma relatati mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, li jinkludu l-politiki dwar l-ambjent, il-bijodiversità, l-ekonomija ċirkolari, l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero, it-tibdil fil…