Il-membri tal-KtR li jixtiequ japplikaw għal appoġġ biex jorganizzaw Djalogu Lokali dwar l-UE fil-kostitwenza tagħhom huma mistiedna jaqraw l-informazzjoni li ġejja.
Possibbiltajiet ta’ appoġġ
- L-appoġġ jinkludi indennizz fiss tas-sensibilizzazzjoni ta’ EUR 1400 li l-membri jistgħu jużaw biex jorganizzaw djalogu lokali fi kwalunkwe format li jagħżlu u jħallsu għall-ispejjeż tiegħu;
- Il-membri li jipparteċipaw bħala kelliema fi Djalogu Lokali dwar l-UE jistgħu jitolbu wkoll l-indennizz standard għall-parteċipazzjoni f’laqgħa;
- Il-promozzjoni tal-avveniment u l-involviment mal-Politiċi Eletti Żgħażagħ tal-KtR u n-Network Ewropew ta’ Kunsilliera Reġjonali u Lokali;
- Il-ħolqien ta’ paġna web tal-avveniment fuq is-sit tal-KtR u web-streaming (jekk applikabbli);
- Għajnuna biex l-avveniment jiġi promoss fil-media soċjali u fl-istampa (jekk applikabbli);
- Identità viżiva.
Applikazzjoni
Kundizzjonijiet
- Il-membri u s-sostituti tal-KtR biss huma eliġibbli biex jibbenefikaw mill-appoġġ għad-Djalogu Lokali dwar l-UE.
- L-avveniment ma jridx isir inqas minn xahar qabel elezzjoni, inklużi l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, jew kwalunkwe perjodu itwal, kif definit mil-liġijiet nazzjonali rilevanti attwalment fis-seħħ. Din ir-restrizzjoni għandha tapplika biss fl-Istat Membru, fir-reġjun u/jew fil-muniċipalità kkonċernati;
- Kull tip ta’ avveniment (diġitali, bi preżenza fiżika u ibridu) jista’ jibbenefika minn appoġġ;
- L-applikazzjoni għandha tintbagħat mill-inqas10 ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata tal-avveniment.
- Id-Djalogi Lokali dwar l-UE għandu jkollhom dimensjoni Ewropea ġenwina, u għandhom jippromovu wkoll id-diversità politika u l-bilanċ bejn il-ġeneri.
Proċedura
- L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu online;
- Il-parti organizzatriċi tiġi kkuntattjata mis-segretarjat tal-KtR permezz ta’ email biex tikkonferma l-applikazzjoni, l-appoġġ mitlub u kwalunkwe pass addizzjonali li jmiss;
- Il-parti organizzatriċi jeħtiġilha tibgħat rapport dwar l-avveniment fi żmien xahar wara li jkun seħħ.