Dwarna
Il-Programm Politiċi Eletti Żgħażagħ (Programm YEP) tnieda mill-KtR fit-8 Summit Ewropew tar-Reġjuni u l-Bliet fl-2019 bħala mod kif ir-rappreżentanti żgħażagħ eletti lokalment u reġjonalment jesperjenzaw b’mod dirett l-UE. Il-programm kiber kemm fid-daqs kif ukoll fl-ambitu sa mill-bidu tiegħu. B’network ta’ kważi 1000 rappreżentant żagħżugħ mill-UE u l-viċinat tagħha, il-Programm YEP sar parti integrali mill-KtR. Għaldaqstant, il-politiċi eletti żgħażagħ jingħataw l-opportunità li jaħdmu id f’id mal-membri tal-KtR, jieħdu sehem f’taħriġ u jipparteċipaw fil-laqgħat u l-avvenimenti tal-KtR.
Kull sena titnieda sejħa għall-applikazzjonijiet għas-sħubija fil-Programm YEP. Jekk jogħġbok irreġistra biex tirċievi notifika meta tiftaħ is-sejħa għall-applikazzjonijiet li jmiss.
L-għanijiet tagħna
- Nippromovu u niffaċilitaw l-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-politiċi lokali u reġjonali;
- Nipprovdu opportunitajiet ta’ networking mal-membri tal-KtR, mal-Gruppi Politiċi u ma’ pari;
- Noffru għajnuna biex jinftiehmu u jinħatfu l-opportunitajiet offruti mill-UE għaż-żoni lokali u reġjonali;
- Noffru opportunitajiet biex il-politiċi eletti żgħażagħ jitkellmu f’isem ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet tal-UE fil-proċess leġiżlattiv Ewropew permezz ta’ konsultazzjonijiet mar-relaturi tal-KtR u dibattiti dwar politiki ta’ prijorità;
- Nistiednu rappreżentanti żgħażagħ għas-sessjonijiet plenarji, għal-laqgħat tal-kummissjonijiet tematiċi tal-KtR (fi Brussell u lil hinn) u d-Djalogi Lokali dwar l-UE;
- Nistiednu rappreżentanti żgħażagħ biex jipparteċipaw f’avvenimenti ewlenin tal-KtR bħall-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet, l-EuroPCom, is-Summits Ewropej tar-Reġjuni u l-Bliet;
- Insaħħu s-sensibilizzazzjoni tar-rappreżentanti eletti żgħażagħ permezz ta’ appoġġ għall-komunikazzjoni u taħriġ imfassal apposta.