Saħħa u Benesseri

Gruppi interreġjonali

F’din il-paġna

Il-Grupp Interreġjonali dwar is-Saħħa u l-Benesseri ġie stabbilit fl-2010.

Missjoni

Il-missjoni ta’ dan il-grupp interreġjonali hija li:

  • jippromovi fehim ta’ kif is-setturi kollha jaffettwaw is-saħħa taċ-ċittadini u l-komunitajiet u li, għaldaqstant, jenfasizza li jinħtieġ approċċ ta’ governanza f’diversi livelli biex jittejbu u jiġu sostnuti s-saħħa u l-benesseri fl-Ewropa, f’konformità mal-objettivi tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa u l-prijoritajiet tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni NAT;
  • jaqsam ideat u għarfien dwar l-investimenti effettivi li għandhom isiru biex jiġu appoġġjati sistemi tas-saħħa reżiljenti u biex tittejjeb is-saħħa tas-soċjetà. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat ir-rwol tal-gvernijiet lokali u reġjonali, u b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej;
  • ikollu skambju ta’ esperjenzi dwar l-isfidi attwali fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-riformi tas-sistema tas-saħħa f’kuntest ta’ riżorsi limitati u domanda dejjem tikber, billi tiġi enfasizzata l-importanza tal-użu tal-għodod tal-UE;
  • jippermetti diskussjonijiet dwar inizjattivi ta’ politika lokali biex jinbnew komunitajiet koeżivi u sostenibbli li jippromovu u jippermettu mġiba tajba għas-saħħa;
  • jagħti attenzjoni mill-qrib lill-gruppi vulnerabbli fis-soċjetà, inklużi dawk b’diżabilità, u jindirizza s-saħħa mentali bl-istess mod bħas-saħħa fiżika, billi jintegra perspettiva ta’ ekwità fil-qasam tas-saħħa fil-ħidma kollha tal-grupp;
  • jinforma lill-membri tal-KtR dwar l-aħħar riċerka u prattika innovattiva fir-rigward tal-indirizzar tal-isfidi ewlenin tas-saħħa, bħall-mard kroniku u l-multimorbożità f’popolazzjoni li qed tixjieħ, il-kanċer, in-nuqqas ta’ forza tax-xogħol kwalifikata fil-qasam tal-kura tas-saħħa, il-prodotti farmaċewtiċi, u l-kooperazzjoni transfruntiera, fost l-oħrajn.