Sweden
Jelena DRENJANIN
Membru
Member of Municipal Council, Huddinge Municipality
Fir-rigward tal-arrest ta’ Ekrem İmamoğlu, Sindku ta’ Istanbul, u Resul Emrah Şahan, Sindku tal-Muniċipalità ta’ Şişli, Kata Tüttő,President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), il-presidenti li ħerġin u li jmiss tal-Grupp ta’ Ħidma tal-KtR dwar it-Turkija, Antje Grotheer (DE/PSE), President tal-Parlamenttal-Istat ta’ Bremen, u (SE/PPE), membru tal-Kunsill tal-Muniċipalità ta’ Huddinge, ħarġu d-dikjarazzjoni li ġejja:
“L-arrest ta’ Ekrem İmamoğlu, Sindku ta’ Istanbul, flimkien ma’ 100 persuna u rappreżentant lokali oħra, huwa jum diżastruż għat-Turkija u waħda mill-aktar dimostrazzjonijiet drammatiċi f’dawn l-aħħar snin tal-erożjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fit-Turkija. L-arrest ta' wieħed mill-aktar politiċi importanti tal-pajjiż huwa attakk fuq l-oppożizzjoni demokratika u fuq id-demokrazija lokali.
“Fil-fatt, is-Sindku İmamoğlu mhuwiex biss il-mexxej elett ta’ belt ta’ 16-il miljun persuna. Huwa l-President tal-Unjoni tal-Muniċipalitajiet tat-Turkija, assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-mexxejja lokali tal-istrixxi politiċi kollha.
"Filwaqt li huma xokkanti, l-arresti tas-Sindku İmamoğlu u s-Sindku Şahan mhumiex sorpriża. Matul ħafna mill-aħħar għaxar snin, rajna l-iżvilupp ta’ mudell li fih il-politiċi eletti lokali tneħħew u ġew sostitwiti minn persuni maħtura tal-gvern nazzjonali. Il-KtR f’ħafna okkażjonijiet esprima t-tħassib profond tiegħu dwar din il-prattika u l-impatt tagħha fuq id-demokrazija fit-Turkija, kemm fil-livell lokali kif ukoll f’dak nazzjonali. Tennejna bil-qawwa dan it-tħassib f’Diċembru li għadda matul laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma tal-KtR dwar ir-relazzjonijiet mat-Turkija, ospitat mis-Sindku Şahan u s-Sindku İmamoğlu f’Istanbul, li laqqgħet flimkien il-mexxejja lokali Torok u l-membri tal-KtR.
"Dan l-aħħar qed jiżdied it-tħassib tagħna, wara l-arresti ta' ġurnalisti, atturi, u uffiċjali muniċipali u t-theddid għalih personalment. We express our full solidarity with Mayor İmamoğlu, Mayor Şahan and all people arrested today, and we reiterate our call again on Türkiye's government to respect the will of the people.
“L-erożjoni tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fit-Turkija hija l-aktar ostaklu fundamentali fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija, relazzjoni li hija kritika għaż-żewġ naħat u għall-viċinat komuni tagħna.”
Informazzjoni ta' sfond:
Sweden
Membru
Member of Municipal Council, Huddinge Municipality
Germany
Membru
President of the Bremen State Parliament
Hungary
Membru
Member of the General Assembly of Budapest Capital