France
Isabelle BOUDINEAU
Membru
Member of the Regional Council of Nouvelle-Aquitaine
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), Kata Tüttő, u r-relatur tal-KtR Isabelle Boudineau, indirizzaw lill-Ministri tal-UE miġbura għallaqgħa informali f’Varsavja, u appellaw għalPolitika ta’ Koeżjoni b’saħħithau modernizzata wara l-2027.
Il-PresidentTüttő, li ngħaqad mal-laqgħa tal-ministri nazzjonali inkarigati mill-Politika ta’ Koeżjoni għat-tieni darba f’xahrejn, enfasizzar-raġuni għaliex l-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha jeħtieġu Politika ta’ Koeżjoni b’saħħitha u modernizzata biex jiffaċċjaw l-isfidiattwali u futuri. “L-iżbaljiu l-postijiet huma importanti,” qalet . "It-tfittxijagħal kisbiet fl-effiċjenza, għal soluzzjonijiet ta' malajr, għal ekonomiji ta' skala u għall-eċċellenza, m'għandhiex tagħmel il-politiki tal-UE spazjalment għomja. Neħtieġu li l-politiki kollha tal-UE jkunu sensittivi mil-lat territorjali. Sabiex tinnavigafil-“polikriżi”tal-lum — ikkaratterizzata minninstabbiltà ġeopolitika, tfixkil fil-klima, inugwaljanzasoċjali u inċertezza ekonomika — l-Ewropa trid timmobilizza l-enerġija, l-ambizzjoni, l-innovazzjoni u l-kapaċità ta’ tmexxija tal-livelli kollha ta’ governanza: mill-iżgħar komunitajiet sas-sindki tal-metropoli u l-mexxejja tar-reġjuni. Il-Politika ta’ Koeżjoni hija dik li torbothom kollha, u d tridtibqa’s-sinsla tal-unità u r-reżiljenza tal-Ewropa.”
Għalhekk hija appellat lill-Istati Membri biex jiġġieldu għaż-żamma tar-riżorsi allokatigħall-Politika ta’ Koeżjoni fil-baġit fit-tul li jmiss tal-UE “mill-inqas fl-istess livell bħal dawk tal-2021-27”.
Isabelle Boudineau (FR/PSE), Membru tal-Kunsill tar-Reġjun Franċiż Nouvelle-Aquitaine,ippreżentat lill-ministri tal-UE l-kontenuttal-Opinjoni “Il-politikata’ koeżjoni bħala magna ewlenija biex jintlaħqu l-għanijiet u r-riformi tal-UE”li għaliha hija relatur. L-Opinjoni ġietadottata b’modunanimu l-ġimgħa l-oħra f’sessjoni plenarjatal-KtR.
Ir-relatur tal-KtR enfasizza r-rabtiet intrinsiċi bejn il-Politika ta’ Koeżjoni u l-kompetittività: “Il-kompetittività, kif jidher mill-Politikata’ Koeżjoni, tinkiseb permezz ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u ekosistemi fit-territorji tagħna li jippermettu li jitfaċċaw teknoloġiji fixkiela. Għalhekk ejjew ma niskonnettjawx il-koeżjoni u l-kompetittività fil-baġit futur tal-UE u ejjew niddependu fuq l-inġinerija territorjali biex nagħtu spinta lill-kompetittività mingħajr ma nwessgħu l-inugwaljanzi."
Il-President u r-relaturtal-KtR laqgħu wkollid-dikjarazzjonikonġunta adottata mill-ministrital-UE,li tenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni għandha tkompli taqdi rwol ewlieni fit-tnaqqistad-disparitajiet reġjonali u intrareġjonali madwar l-UE, u tinsisti fuq l-importanza li jiġu ppreservati l-“prinċipji ewlenin” tagħha–il-governanzafil-livell lokali, is-sħubija, u approċċ ibbażat fuq il-post– kifukoll il-ġestjonikondiviża.
Katarzyna Pełczyńska-Nałęcz, Ministru għall-Fondi għall-Iżvilupp u l-Politika Reġjonalital-Polonja, li ospitat il-laqgħa informali f'isem il-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-UE, qalet: “Jeħtieġli nankraw l-iżvilupp fil-komunitajietlokali jew nirriskjaw li nsiru inqas effettivi, aktar ’il bogħod miċ-ċittadini, u b’leġittimità demokratika mnaqqsa tal-proġett Ewropew. Huwa ovvju li r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa kruċjali. Ir-reġjuni u l-bliet għandhom jingħataw is-setgħa li jaġixxu mhux biss bħala implimentaturi iżda bħala kodisinjaturi tal-politiki.”
Il-kuntest
Filmat u ritratti mil-laqgħa informali huma disponibbli fuqis-sitweb tal-Kunsill tal-UE .
Fl-20 ta’ Mejju, il-President tal-KtR Kata Tüttő tkellmet ukollmatul il-Kumitattal-Politika tal-IżviluppReġjonali tal-OECDfil-livellministerjali, organiorganizzatif’Varsavja eżatt waral-laqgħainformali tal-Ministri għall-Politika ta’ Koeżjoni. Stqarrija għall-istampa.
Fl-14 u l-15 ta’ Mejju, il-plenarja tal-KtR ivvotat dwar żewġ riżoluzzjonijiet urġentidwar il-baġit fit-tul li jmiss tal-Unjoni Ewropea u r-rieżami 2021-27. Il-membri tal-KtR adottaw ukoll Opinjonili tiffoka fuq il-Politika ta’ Koeżjoni bħala magna biex jintlaħqu l-għanijiet u r-riformi tal-UE (relatur: Isabelle Boudineau).
Il-Kuntatt
Wioletta Wojewodzka
Tel. +32 (0)2 282 2289
Mobile: +32 (0)473 843 986
wioletta.wojewodzka@cor.europa.eu
France
Membru
Member of the Regional Council of Nouvelle-Aquitaine
Hungary
Membru
Member of the General Assembly of Budapest Capital