Italy
Loredana CAPONE
Membru
Regional Councillor, Regional Council of Puglia
Bi tweġiba għall-proposti tal-Kummissjoni Ewropea biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista agroalimentari, ir-rappreżentanti lokali u reġjonali adottaw Opinjoni matul is-Sessjoni Plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) fil-15 ta’ Mejju. Immexxija minn Loredana Capone (IT/PSE), l-Opinjoni tappella għal miżuri addizzjonali biex jiġi żgurat dħul ġust u stabbli għall-bdiewa u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika agrikola komuni (PAK).
Il-mexxejjalokali u reġjonali jilqgħu l-proposti leġislattivi bħala passfid-direzzjoni t-tajba iżda jirrakkomandaw li jiġi emendat aktar Regolament li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-suq(OKS) tal-prodotti agrikoli, sabiex jiġu ggarantiti l-prezzijiet tal-bdiewa li tal-anqasikopru l-ispejjeżtal-produzzjoni, biex jiġu evitati kriżijiet ulterjuri, u biex il-bdiewajiġu appoġġati fi żminijiet ta’ avvenimenti mhux previsti.
L-Opinjoni tenfasizza li r-regolamentazzjoni proattiva tas-suq hija kemm aktar effiċjenti kif ukoll inqas għalja minn interventi reattivi. Qed jiġipropost ukoll qafas ta’ prestazzjoni ddedikat għall-azzjonijietta’ ġestjoni tal-kriżijiettal-UE. Fid-dawl tal-instabbiltà ġeopolitika reċenti, l-Opinjoni tirrakkomanda l-istabbiliment ta’ riżervi agrikoli strateġiċi fil-livell tal-UE biex jiġu ssalvagwardjatis-sigurtà tal-ikel u l-istabbiltà tas-suq matul kriżijiet futuri. Huwa jappella għall-ħolqien ta’ mekkaniżmu li awtomatikament iwassal għal tnaqqis volontarju fil-produzzjoni meta jinqabżu l-limiti tal-provvista.
Il-membri tal-KtR jilqgħu l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tappoġġja s-settur tal-inbid tal-UE fid-dawl ta’ sfidi ġodda u li tiżgura li jibqa’ kompetittiv u reżiljenti, u forza ekonomika vijabbli fil-futur, kif issuġġerit ukoll mill-Intergruppdwar il-Politikatal-Inbid maħluq reċentement mill-KtR. L-għan huwa li jiġi offrut pakkett ta’ għodod effettiv u koerenti biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fis-settur tal-inbid qabel il-ħsad li jmiss.
Ir-reġjuni u l-bliet iħeġġu wkoll infurzar aktar b’saħħtu kontra prattiki kummerċjali inġusti (UTPs), filwaqt li jipproponu “Pjattaforma tal-UE dwar il-UTPs” magħmulaminn awtoritajiet tal-infurzar mill-Istati Membri kollhali tgħin fil-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tal-miżuri stabbilitimir-Regolament. Il-KtR jistenna bil-ħerqa r-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva dwar il-UTP fl-2025 iżda jqis li huwa meħtieġ li jiġu inkorporati miżuri nazzjonali aktar stretti, tiġi estiża l-lista ta’prattikipprojbiti, jiġi kkastigat ix-xiri taħt l-ispejjeżtal-produzzjoni, u jiġu promossi l-aħjarprattiki.
Kwotazzjonijiet
Relatur Loredana Capone (IT/PSE), President tal-assemblea reġjonali tal-Puglia: "Wasaliż-żmien li ntemmu l-prattiki kummerċjali inġusti u niggarantixxu introjtu ġust u deċenti għal dawk li jitimgħuna. Qed inressqu proposti konkreti biex il-bdiewa, speċjalment dawk żgħar, jingħataw aktar setgħa fil-katina tal-provvista tal-ikel. L-ebda bidwi ma għandu jiġi mġiegħel ibigħ b'telf: l-UE għandha tiggarantixxi prezzijiet ġusti skont l-ispejjeżtal-produzzjoni. Il-kriżijiet klimatiċi u tal-ilma diġà qed jolqtu ħażin lill-bdiewa tagħna. Il-Kummissjoni trid tinvesti issa biex tipproteġi l-ikel tagħna u lil dawk li jipproduċuh. Il-bdiewa Ewropej ma jistgħux jikkompetu f’kundizzjonijiet mhux ekwi. Il-Kumitat tar-Reġjuni jappella għalstandards aktar ġusti u kontrolli fl-UE kollha biex il-bdiewa tagħna jiġu protetti minn kompetizzjoni inġusta minnprodotti importati lima jissodisfawx l-istandardtagħna.”
Maurizio Martina,d eputy director-generaltal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura(FAO): “xxx”
Il-kuntest
Bħala reazzjoni għall-protesti fil-farms u appoġġata mid-Djalogu Strateġiku dwar il-futur tal-agrikoltura, il-Kummissjoni Ewropea biex issaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista agroalimentari u ssaħħaħ l-infurzar transfruntier kontra prattiki kummerċjali inġusti (UTPs) fil-11 ta’ Diċembru 2024.
Fil-5 ta’ Mejju, ir-relatur Loredana Capone pparteċipat fil-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu biex tippreżenta l-pożizzjoni tal-KtR. Erġa' ħares lejn id-diskussjoni.
Nhar l-Erbgħa 14 ta' Mejju, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Parlament Ewropewiddiskuta abbozz ta' rapport immexxi mir-relaturStefanoBonaccini (S&D/IT) dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari.
Il-Kuntatt
Hélène Dressen
Tel: +32 471502795
Helene.dressen@cor.europa.eu
Italy
Membru
Regional Councillor, Regional Council of Puglia