Spain
Juanma MORENO
Membru
President of the Regional Government of Andalusia
Il-President u l-korelatur tal-KtR Kata Tüttő se tindirizza l-Ewwel Forum Ewropew dwar ir-Reżiljenza tal-Ilma fit-8 ta’ Diċembru.
Qabel l-ewwel Forum tal-UE dwar ir-Reżiljenza tal-Ilma li sar nhar it-Tnejn 8 ta’ Diċembru, ir-reġjuni u l-bliet fakkru li l-ilma mhuwiex biss riżorsa naturali essenzjali għall-funzjonament tal-ekosistemi, iżda wkoll fattur ewlieni għall-iżvilupp reġjonali u lokali, ir-reżiljenza u l-kompetittività. L-abbozz ta’ opinjoni adottat mill-Kummissjoni ENVE tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) fil-5 ta’ Diċembru jindika li hemm korrelazzjoni diretta bejn id-disponibbiltà naturali tal-ilma u l-livell ta’ żvilupp reġjonali, u għalhekk il-politiki tal-UE għandhom jipprevjenu li l-ilma jsir fattur li jfixkel il-konverġenza bejn ir-reġjuni.
L-Opinjoni ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni ENVE mill-President u l-korelatur tal-KtR Kata Tüttő (HU/PSE), li enfasizzat li l-miżuri ta’ reżiljenza tal-ilmajridu jkunu soċjalment ġusti u affordabbli, b’mod partikolari għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli, is-setturi ekonomiċi dipendenti ħafna fuq l-ilma, u r-reġjuni li jesperjenzaw stress idriku. Il-Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali (TIA) tal-KtR dwar l-Istrateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma turi l-implikazzjonijiet territorjali sostanzjali iżda mhux uniformi tal-miżuri ta’ reżiljenza tal-ilma fir-reġjuni kollha tal-UE, u dan juri l-ħtieġa għal miri differenzjati u adattati għar-reġjuni u perkorsi ta’ implimentazzjoni bbażati fuq kundizzjonijiet idroloġiċi, klimatiċi, infrastrutturali, ekonomiċi u ta’ governanza lokali.
Il-mexxejja lokali u reġjonali qed jitolbu li l-ġestjoni tal-ilma tiġi integrata b’mod sistematiku fl-oqsma ta’ politika kollha tal-UE billi jiġi applikat “Test tal-Ilma” għal-leġiżlazzjoni tal-UE, kif issuġġerit mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE). Ir-reġjuni u l-bliet għandu jkollhom rwol verament effettiv fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ippjanar u l-ġestjoni tal-ilma, filwaqt li jitqies ukoll ir-rwol tagħhom fil-ġestjoni transfruntiera tal-baċiri tax-xmajjar. Peress li l-finanzjament tar-reżiljenza tal-ilma jirrikjedi impenji baġitarji strateġiċi u fit-tul, il-baġit pluriennali li jmiss tal-UE għandu jinkludi intestaturi ddedikati u appoġġ b’saħħtu għall-politika ta’ koeżjoni implimentat fi sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali.
L-abbozz ta’ opinjoni jħeġġeġ li tiġi indirizzata l-kontaminazzjoni fis-sors u li jintużaw teknoloġiji avvanzati għat-trattament tal-ilma u sistemi ta’ monitoraġġ tul iċ-ċiklu kollu tal-ilma biex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa pubblika, jiġu restawrati l-ekosistemi u tiġi żgurata s-sigurtà tal-ilma fit-tul. Is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UEdwar l-ilma permezz tal-“Omnibus Ambjentali”, prevista għall-10 ta’ Diċembru, jenħtieġ li tiffoka fuq it-titjib tal-proċeduri amministrattivi u t-tnaqqis tal-piż operazzjonali, filwaqt li żżomm il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u l-iskema ta’responsabbiltà estiża tal-produttur u ma tikkompromettix l-istandards ambjentali essenzjali, is-saħħa pubblika u l-aċċess għad-data.
Il-mexxejja lokali u reġjonali jfakkru li t-tnaqqis tad-domanda għar-riżorsi tal-ilma permezz tal-promozzjoni tal-iffrankar, l-effiċjenza u l-użu mill-ġdid tal-ilma huwa element ewlieni tar-reżiljenza tal-ilma u għalhekk jilqgħu l-introduzzjoni tal-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel". Peress li l-agrikoltura hija l-akbar konsumatur tar-riżorsi tal-ilma fl-UE, il-Pjanijiet Strateġiċi tal-Politika Agrikola Komuni għandhom jipprovdu appoġġ immirat biex jipprofessjonalizzaw u jimmodernizzaw is-settur permezz ta’ titjib fl-irrigazzjoni, biedja ta’ preċiżjoni, użu mill-ġdid tal-ilma, ġestjoni aħjar tal-ħamrija u tan-nutrijenti, inċentivi biex wieħed jaqleb għal għelejjel inqas intensivi fl-ilma, żoni ta’ lqugħ, u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, b’attenzjoni partikolari għall-azjendi agrikoli żgħar.
Il-KtR se jospita l-ewwel Forum tal-UE dwar ir-Reżiljenza tal-Ilma fi Brussell nhar it-Tnejn 8 ta’ Diċembru. L-avveniment huwa koorganizzat mal-Kummissjoni Ewropea u l-KESE. Il-President Tüttő se jitkellem fis-sessjoni tal-ftuħ ta’ livell għoli mal-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea Teresa Ribera u l-Kummissarju għall-Ambjent Jessica Roswall.
Kwotazzjoni:
Il-President tal-KtR Kata Tüttő,Membru tal-Assemblea Ġenerali tal-Belt Kapitali ta’ Budapest u korelatur tal-Opinjoni: “L-iskala tar-reżiljenza tal-ilma hija vasta: tolqot is-saħħa, l-agrikoltura, l-industrija, l-ekosistemi, u l-ħajja ta’ kuljum f’kull belt u reġjun. U kull waqgħa għandha piż politiku. Il-mexxejja lokali u reġjonali li qed jistinkaw biex jissalvagwardjaw it-territorji tagħhom qed jiffaċċjaw pressjonijiet dejjem akbar: in-nixfiet, l-għargħar, il-falliment tal-infrastruttura, it-tniġġis, u l-approfondiment tal-inugwaljanza. Biex nibnu reżiljenza vera, neħtieġu finanzjament suffiċjenti, teħid ta’ deċiżjonijiet inklużiv, u obbligu ta’ rendikont f’kull livell. Irridu nnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u operazzjonali bla bżonn mingħajr ma nikkompromettu l-istandards ambjentali essenzjali u r-responsabbiltà ta’ min iniġġes. L-Istrateġija għar-Reżiljenza tal-Ilma trid tissodisfa l-era li ngħixu fiha — età ta’ skarsezza, riskju, u aspettattivi li qed jiżdiedu — b’sistemi li huma sikuri, ġusti u sostenibbli għal kull komunità f’Ewropa koeżiva.”
Aktar informazzjoni:
Il-President Tüttő u l-Ewwel Viċi President Juanma Moreno (ES/PPE), President ta’ Andalusija, huma korelaturi għall-Opinjoni tal-KtR Indawru l-marea – Pjan direzzjonali lokali u reġjonali għar-reżiljenzatal-ilma. Din hija skedata għall-adozzjoni finali fis-sessjoni plenarja tal-4 u l-5 ta’ Marzu 2026. L-Opinjoni hija frott ta’ kooperazzjoni estensiva ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati. Huwa jiddeskrivi l-isfidi ewlenin u l-oqsma ta’ progress li jappartjenu għall-politika dwar il-ġestjoni tal-ilma u jenfasizza l-ħtieġa imperattiva li jiġu rikonoxxuti kemm id-diversità tas-sitwazzjonijiet, kif ukoll ir-rwol ċentrali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-twettiq ta’ dan is-suġġett eżistenzjali.
Il-Kummissjoni ENVE tal-KtR ippubblikat ukoll studju ġdid dwar Il-ġestjonitar-riskji ta’ għargħar: kif tinbena r-reżiljenza tal-ilma fil-komunitajietlokali, li tanalizza ħames studji ta’ każijiet minn madwar l-Ewropa u tipprovdi rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lill-gvernijiet nazzjonali u lill-UE.
Il-Kummissjoni ENVE hija l-Kummissjoni għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġija tal-KtR. Bħalissa huwa ppresedut minn Kostas Bakoyannis (EL/PPE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Ateni. Matul il-laqgħa tal-5 ta’ Diċembru, il-membri tal-ENVE kellhom ukoll skambju ta’ fehmiet dwar il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE (Qafas ta’ Finanzjament Pluriennali, QFP) mar-relatur tal-KtR Sari Rautio (FI/PPE), li l-abbozz ta’ opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ġie adottat fit-2 ta’ Diċembru. Il-Kummissjoni ENVE se tħejji Opinjoni dwar l-integrazzjoni tal-prijoritajiet klimatiċi, tal-enerġija u ambjentali fil-QFP li jmiss. Dan se jitmexxa mir-relatur Rafał Trzaskowski (PL/PPE), Sindku ta’ Varsavja.
Kuntatt:
Lauri Ouvinen
Tel. +32 473536887
lauri.ouvinen@cor.europa.eu
Spain
Membru
President of the Regional Government of Andalusia
Finland
Membru
Member of the Hämeenlinna City Council
Hungary
Membru
Member of the General Assembly of Budapest Capital