Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali

Ir-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) jippermetti li entitajiet pubbliċi differenti tal-Istati Membri jingħaqdu taħt entità ġdida b’personalità ġuridika. Ir-Regolament dwar ir-REKT ġie stabbilit fl-2006 u pprovda l-possibbiltà li jinħolqu l-ewwel strutturi ta’ kooperazzjoni Ewropea b’personalità ġuridika, definiti mid-dritt tal-UE.

© European Union

F’din il-paġna

Initiatives

Regolament dwar ir-REKT

Ir-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali huwa rregolat mir-Regolament (KE) Nru 1082/2006, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1302/2013. Il-verżjoni konsolidata tar-Regolament hija disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE.

Reġistrazzjoni ta’ REKT

L-ewwel pass għar-reġistrazzjoni ta’ REKT iseħħ fil-livell nazzjonali jew reġjonali mal-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali rilevanti.

Ikkonsulta din il-lista biex tkun taf lil min trid tikkuntattja fi ħdan il-ministeri rilevanti f’kull Stat Membru jew reġjun (il-ministeri reġjonali huma responsabbli għar-reġistrazzjoni tar-REKT fil-Ġermanja, l-Awstrija u l-Belġju biss).

Biex ngħinuk tipprepara u tirreġistra REKT, ħejjejna gwida dwar ir-reġistrazzjoni ta’ REKT fl-Istati Membri kollha tal-UE (bl-Ingliż biss).

Bħala għajnuna biex tagħmel l-ewwel pass tista’ tuża l-mudelli li ġejjin għad-dokumenti kostituttivi:

It-tieni pass, wara r-reġistrazzjoni fil-livell nazzjonali jew reġjonali, huwa r-reġistrazzjoni fil-livell tal-UE. Ir-Regolament dwar ir-REKT jirrikjedi li dawk ir-REKT li jkunu għadhom kif ġew stabbiliti jiġu rreġistrati fir-Reġistru tar-REKT tal-UE tal-KtR. Ir-REKT li qed jimmodifikaw il-kompożizzjoni tagħhom għandhom jiddikjaraw ukoll din il-bidla lill-KtR. Imbagħad, il-KtR jippubblika dawn ir-reġistrazzjonijiet u l-modifiki f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan il-proċess ma jdumx aktar minn ġimagħtejn.

Kif tirreġistra REKT ġdid mal-KtR?

  • Imla, iffirma u skennja l-formola tar-reġistrazzjoni ta’ hawn taħt (disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE).
  • Rappreżentant legali tar-REKT imbagħad għandu jibgħat il-formola lil egtc@cor.europa.eu flimkien mad-dokumenti li ġejjin:
  • il-konvenzjonijiet u l-istatuti bil-lingwi kollha li ġew adottati fihom;
  • approvazzjoni formali tal-istabbiliment tar-REKT mill-Istat Membru fejn huwa bbażat;
  • verżjoni Word tal-formola tar-reġistrazzjoni. Din se tħaffilna xogħolna peress li nkunu rridu nittraduċuha fil-lingwi kollha tal-UE. Tista’ ssib il-formola biex tirreġistra REKT ġdid fit-taqsima tad-dokumenti ta’ din il-paġna.

Kif timmodifika REKT eżistenti?

  • Imla, iffirma u skennja l-formola ta’ modifikazzjoni ta’ hawn taħt (disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE).
  • Rappreżentant legali tar-REKT imbagħad għandu jibgħat il-formola lil egtc@cor.europa.eu flimkien mad-dokumenti li ġejjin:
  • il-konvenzjonijiet u l-istatuti bil-lingwi kollha li ġew adottati fihom;
  • approvazzjoni formali tal-modifika tar-REKT mill-Istat Membru fejn huwa bbażat;
  • verżjoni Word tal-formola ta’ modifikazzjoni. Din se tħaffilna xogħolna peress li nkunu rridu nittraduċuha fil-lingwi kollha tal-UE. Tista’ ssib il-formola biex timmodifika REKT eżistenti fit-taqsima tad-dokumenti ta’ din il-paġna.

X’jiġri wara li nirċievu t-talba tiegħek għal reġistrazzjoni jew għal modifika?

Il-KtR ser jirrevedi d-dokumenti li jirċievi u jinfurmak jekk hemmx xi dokumenti neqsin. Ladarba l-applikazzjoni tiegħek tkun kompluta, il-KtR se jirreġistra r-REKT tiegħek mal-ĠU tal-UE u jinfurmak bid-data tal-pubblikazzjoni. Il-proċess sħiħ għandu jieħu minn ġimgħa sa ġimagħtejn.

Lista uffiċjali ta’ REKT irreġistrati

Il-KtR jippubblika l-lista uffiċjali ta’ REKT irreġistrati li hija disponibbli hawnhekk: Lista Multilingwi tar-REKT irreġistrati

Multimedia

Dokumenti