COR/SG/AD16/01/26

Segretarju ġenerali (M/F)

Membru tal-persunal temporanju – AD16

Deadline

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Il-KtR huwa korp konsultattiv li ġie stabbilit fl-1994. Huwa l-assemblea tal-Unjoni Ewropea (UE) tar-rappreżentanti lokali u reġjonali. Bħalissa għandu 329 membru li huma rappreżentanti ta’ korpi reġjonali jew lokali li jew għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. Dawn il-membri:

  • jgħixu, jaħdmu jiġu eletti fir-reġjuni jew fil-bliet li ġejjin minnhom;
  • ikunu f’kuntatt mat-tħassib taċ-ċittadini tagħhom;
  • huma l-kelliema għall-komunitajiet lokali tagħhom fil-qalba proprja tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u dak leġiżlattiv tal-UE u jżommuhom aġġornati dwar l-iżviluppi tal-UE.

Il-KtR għandu jiġi kkonsultat matul il-proċess leġiżlattiv kollu li jinvolvi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma li ġejjin: it-trasport, l-impjiegi, il-politika soċjali, il-fond soċjali Ewropew, l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport, il-kultura, is-saħħa pubblika, in-networks trans-Ewropej, il-koeżjoni ekonomika soċjali u territorjali, il-fondi strutturali, l-ambjent u l-enerġija.

Il-KtR huwa wkoll il-gwardjan tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Skont it-Trattat ta’ Liżbona, huwa għandu d-dritt li jressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kull meta jqis li l-prinċipju ma ġiex rispettat.

Il-KtR jieħu wkoll ir-rwol tiegħu li jifforma pont bejn l-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha bis-serjetà, billi jżid il-kampanji ta’ informazzjoni lokali u reġjonali, l-avvenimenti lokali u jistabbilixxi pjattaformi għan-networking bejn ir-reġjuni kif ukoll għan-negozji.

Fl-aħħar nett, huwa żviluppa sħubija attiva mal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra.

Dmirijiet Tas-Segretarju Ġenerali

Fit-twettiq tad-dmirijiet amministrattivi tiegħu bbażati fuq id-dikjarazzjoni tal-missjoni tal-KtR u fuq il-mandat mogħti mit- tmexxija politika tal-KtR, is-segretarju ġenerali se jkun responsabbli, b’mod partikolari, li:

  • jiżgura ġestjoni eċċellenti tal-persunal sabiex l-amministrazzjoni tal-KtR tkun iffokata fuq li: tgħin lill-membri jiksbu impatt massimu tal-politika, tespandi n-network ta’ kuntatti u viżibbiltà tal-KtR fil-livell subnazzjonali, u tiżviluppa kontinwament il-kultura tas-servizz lill-membri, b’mod partikolari hekk kif it-teknoloġija u l-metodi ta’ ħidma jevolvu;
  • jassisti lill-President fir-rigward tat-tħejjija tal-laqgħat tal-Bureau u tal-Assemblea Plenarja, ir-rispett tal-proċeduri l-iżgurar li d-deċiżjonijiet meħuda f’konformità mar-Regoli ta’ Proċedura tal-KtR jiġu implimentati kif xieraq;
  • jassisti lill-President fit-tħejjija tar-rappreżentanza tal-interessi tal-KtR vis-à-vis l-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej l-oħra u internazzjonalment, u jirrappreżenta lill-KtR fejn dawn l-interessi jkunu fil-livell amministrattiv;
  • jiżgura l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni meħtieġa fost id-Direttorati tal-KtR, filwaqt li jżomm kuntatti mas- segretarji ġenerali u mas-segretarjati tal-Gruppi Politiċi tal-KtR;
  • jissottometti proposti lill-Bureau bl-għan li jmexxi s-segretarjat ġenerali b’tali mod li jipprovdi assistenza effettiva lill- KtR u lill-korpi kostitwenti tiegħu u lill-membri tiegħu fit-twettiq ta’ dmirijiethom;
  • jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bureau bi rwol konsultattiv;
  • jorganizza t-tħejjija tal-programm annwali u pluriennali tal-ħidma tal-KtR;
  • jissorvelja l-ħidma tas-servizzi konġunti tal-KtR/tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew f’konformità mal-ftehim ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali konkluż bejn iż-żewġ Kumitati;
  • jimmassimizza l-kooperazzjoni potenzjali mal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-UE permezz ta’ kuntratti qafas interistituzzjonali u ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz, speċjalment mal-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni Ewropea, fl-oqsma ta’ interess komuni;
  • jeżerċita s-setgħat li r-Regolamenti tal-Persunal u r-Regoli ta’ Proċedura tal-KtR jagħtu lilu bħala Awtorità tal-Ħatra u Awtorità bis-Setgħa li Tikkonkludi l-Kuntratti ta’ Impjieg;
  • ifassal l-abbozzi tal-estimi tan-nefqa u tad-dħul tal-KtR u jimplimenta l-baġit f’konformità mas-setgħat mogħtija lilu;
  • jiżgura l-aħjar użu tar-riżorsi umani u finanzjarji allokati lill-KtR mill-awtoritajiet baġitarji bħala uffiċjal tal- awtorizzazzjoni b’delega.

Dokumenti